This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02017R2305-20171215
Consolidated text: Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tat-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea
Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tat-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea
In force
)
02017R2305 — MT — 15.12.2017 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2017/2305 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta' Diċembru 2017 (ĠU L 335 15.12.2017, p. 1) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) 2017/2305 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tat-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) fl-Artikolu 91, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2014 - 2020 għandhom ikunu EUR 329 978 401 458 fi prezzijiet tal-2011, f'konformità mat-tqassim annwali stabbilit fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, u EUR 4 039 707 225 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.”;
(2) l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
“1. Ir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 317 103 114 309 ) u għandhom jiġu allokati kif ġej:
(a) 48,64 % (jiġifieri, total ta' EUR 160 498 028 177 ) għar-reġjuni anqas żviluppati;
(b) 10,19 % (jiġifieri, total ta' EUR 33 621 675 154 ) għar-reġjuni ta' tranżizzjoni;
(c) 15,43 % (jiġifieri, total ta' EUR 50 914 723 304 ) għar-reġjuni aktar żviluppati;
(d) 20,01 % (jiġifieri, total ta' EUR 66 029 882 135 ) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta' Koeżjoni;
(e) 0,42 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 378 882 914 ) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.”;
(b) il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:
“5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 039 707 225 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI u mill-inqas EUR 4 039 707 225 mill-investiment immirat tal-FSE.”;
(c) il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:
“9. Ir-riżorsi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 2,69 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu bejn 2014-2020 (jiġifieri total ta' EUR 8 865 148 841 ).”;
(3) l-Anness VI huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
“ANNESS VI
TQASSIM ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN GĦAS-SNIN 2014 SAL-2020
Profil annwali aġġustat (inkluż top-up għall-YEI)
|
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Total |
EUR, prezzijiet tal-2011 |
34 108 069 924 |
55 725 174 682 |
46 044 910 736 |
48 027 317 164 |
48 240 419 297 |
48 712 359 314 |
49 120 150 341 |
329 978 401 458 ” |