This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E265
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 5 - THE COURT OF JUSTICE OF THE EUROPEAN UNION#Article 265 (ex Article 232 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 265 (ex Artikolu 232 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5 - IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 265 (ex Artikolu 232 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 163–163
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/163 |
Artikolu 265
(ex Artikolu 232 TKE)
Jekk il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Bank Ċentrali Ewropew, bi ksur tat-Trattati, ma jieħdux azzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni jistgħu jiftħu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea sabiex dan il-ksur jiġi ikkonstatat. Dan l-Artikolu għandu japplika bl-istess kondizzjonijiet, għal korpi u organi ta' l-Unjoni li jonqsu milli jaġixxu.
Ir-rikors ikun ammissibli biss jekk l-istituzzjoni, korp jew organu involut ikun l-ewwel ġie msejjaħ sabiex jieħu azzjoni. Jekk fi zmien xahrejn minn meta tkun ġie hekk imsejjaħ, l-istituzzjoni, korp jew organu involut ma jkunx spjega l-pożizzjoni tiegħu, ir-rikors jista' jinġieb f'terminu ġdid ta' xahrejn.
Kull persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet indikati fil-paragrafi ta’ hawn fuq, tilmenta quddiem il-Qorti li xi istituzzjoni jew xi wieħed mill-korpi jew organi ta' l-Unjoni tkun naqset milli tagħmel xi att fir-rigward ta' dik il-persuna barra minn rakkomandazzjoni jew opinjoni.