This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0428
Amendment of Regulation (EC) No 1927/2006 establishing the European Globalisation Adjustment Fund ***I European Parliament legislative resolution of 29 September 2011 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 1927/2006 establishing the European Globalisation Adjustment Fund (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))#P7_TC1-COD(2011)0147 Position of the European Parliament adopted at first reading on 29 September 2011 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2011 of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 1927/2006 establishing the European Globalisation Adjustment Fund
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))
P7_TC1-COD(2011)0147 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid- 29 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))
P7_TC1-COD(2011)0147 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid- 29 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
ĠU C 56E, 26.2.2013, p. 158–159
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 56/158 |
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ***I
P7_TA(2011)0428
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336 – C7-0161/2011 – 2011/0147(COD))
2013/C 56 E/38
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0336), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0161/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0308/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif tinsab hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0147
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li għaddew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 (2) stabbilixxa l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-'FEG') biex jippermetti lill-Unjoni issostni u turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fil-mudelli tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni. |
(2) |
Bħala parti mir-reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika, ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 billi jipprovdi, b'mod partikolari, għal deroga temporanja mmirata biex twessa' l-ambitu tiegħu sabiex ikopri s-sensji kawża tal-kriżi kif ukoll żieda temporanja fir-rata ta' finanzjament mill-FEG. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni, huwa f'loku li din id-deroga tiġi estiża qabel l-iskadenza tagħha fit-30 ta' Diċembru 2011. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 għandu għalhekk ikun emendat bl-istess mod. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:
"Din id-deroga għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha mressqa qabel il-31 ta' Diċembru 2013.".
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Settembru 2011.