Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0243

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

COM/2019/243 final

Brussell, 24.5.2019

COM(2019) 243 final

2019/0117(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Is-soltu, dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi fil-perjodu li matulu jkunu fis-seħħ.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-miżuri proposti huma mfasslin skont l-objettivi u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikulari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-obbligi tal-Unjoni li tisfrutta b’mod sostenibbli r-riżorsi akkwatiċi ħajjin ġejjin mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku l-ġdid dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma japplikawx.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta tqis il-kummenti li l-partijiet ikkonċernati, il-Kunsilli Konsultattivi, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi għamlu matul is-sena, u l-kummenti tagħhom tqiesu meta kienu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-proposta tissejjes fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF) 1 .

Valutazzjoni tal-impatt

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma japplikawx.

Drittijiet fundamentali

Ma japplikawx.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-miżuri proposti mhu se jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-emendi proposti għandhom l-għan li jemendaw ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 kif deskritt hawn taħt.

L-isforz tas-sajd għall-bastimenti fil-kuntest tal-irkupru ta’ ċerti stokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u tal-iskampu fid-diviżjonijiet 8c u 9a tal-ICES, minbarra l-Golf ta’ Cádiz

Il-Pjan Pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent, li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2019, ħassar il-pjan għall-irkupru tal-merluzz tan-Nofsinhar u tal-iskampu. Il-limiti tal-isforz tas-sajd mogħtija fl-Anness II tar-Regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd kienu ġew stabbiliti skont dak il-pjan ta’ rkupru. Minħabba li l-istokkijiet ikkonċernati se jibdew jiġu ġestiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent billi jiġu stabbiliti limiti tal-qbid li jkunu fil-meded tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY), ma għadx hemm bżonn ikomplu jiġu stabbiliti limiti tal-isforz tas-sajd għall-flotot li jistadu għal dawk l-istokkijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II jitħassar.

Il-merlangu fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni 7a tal-ICES)

Il-Kummissjoni talbet lill-ICES għal analiżi xjentifika aġġornata dwar il-livell tal-“qabdiet aċċessorji tal-merlangu fil-Baħar Irlandiż li ma jistgħux jiġu evitati” u rċevitha. Skont din l-analiżi, mistennija jkun hemm iktar qabdiet aċċessorji tal-merlangu fil-kuntest tas-sajd għal ħut ieħor jekk dak is-sajd isir skont il-livell tar-rendiment massimu sostenibbli. Madankollu, il-parir aġġornat dwar il-qbid tal-merlangu fid-diviżjoni 7a għadu jirrakkomanda li ma jkun hemm l-ebda qbid tiegħu fl-2019 minħabba li r-rata ta’ mortalità mis-sajd u l-livell tal-bijomassa tiegħu għadhom ma laħqux livell sostenibbli. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tilħaq bilanċ bejn il-fatt li tippermetti żieda fil-qabda totali permissibbli tal-merlangu sabiex l-istaġun tas-sajd għalih ma jingħalaqx kmieni u l-fatt li, fl-istess ħin, tħalli l-bijomassa tal-istokk riproduttiv tiżdied.

L-iskampu fid-diviżjoni 8c tal-ICES

Fit-28 ta’ Marzu, l-ICES ħareġ il-parir tiegħu dwar is-sajd sentinella għall-iskampu fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tiegħu. Skont il-parir tal-ICES, ma għandu jinqabad l-ebda skampu minħabba li l-istħarriġ televiżiv li jsir taħt il-baħar sabiex tiġi mmonitorjata l-abbundanza tal-istokk isir mingħajr ma jittieħed il-ħut. Madankollu, l-ICES irrakkomanda li, jekk ma jkunx jista’ jsir stħarriġ televiżiv ta’ taħt il-baħar, jista’ jsir sajd sentinella sabiex tinġabar data dwar il-qabda tal-iskampu għal kull unità tal-isforz fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tal-ICES. L-ICES huwa tal-parir li ma għandhomx jinqabdu iktar minn 0,7 tunnellati ta’ skampu. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu jiġu emendati sabiex jiġi previst dak is-sajd sentinella.

Il-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant

Fit-28 ta’ Marzu 2019, l-ICES ħareġ il-parir tiegħu dwar il-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (fl-Iskagerrak, fil-Kattegat u fit-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fil-Fossa Norveġiża). Wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, ġie deċiż li l-UE għandha tingħata allokazzjoni ta’ 2 010 tunnellati b’rabta mal-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana fl-Iskagerrak.

Il-pollakkju l-iswed fil-Baħar tat-Tramuntana

Fit-22 ta’ Frar 2019, l-ICES ħareġ il-parir aġġornat tiegħu dwar il-qabdiet tal-pollakkju l-iswed (Pollachius virens) fis-subżoni 4 u 6 tal-ICES u fid-diviżjoni 3a tiegħu. Abbażi ta’ dan il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jenħtieġ li l-qabda totali permissibbli (it-TAC) għall-pollakkju l-iswed tiġi emendata kif xieraq skont il-livell tar-rendiment massimu sostenibbli.

Il-laċċ ikħal fil-Baħar tat-Tramuntana

Fit-12 ta’ April 2019, l-ICES ħareġ il-parir annwali tiegħu dwar il-laċċ ikħal (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana. Skont il-parir tal-ICES, jenħtieġ li ma jinqabdux iktar minn XXX tunnellati ta’ laċċ ikħal fil-Baħar tat-Tramuntana bejn l-1 ta’ Lulju 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2020. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal jiġu stabbiliti skont dan.

Il-limiti tal-isforz tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT

Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dak il-pjan ta’ ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika li fl-2018 jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-istokk minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma għadux jeħtieġ il-miżuri ta’ emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (ir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04). Il-pjan ta’ ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta’ rkaptu u ta’ tekniki tas-sajd differenti. Għalhekk qed jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd u dwar l-ammont massimu ta’ tonn fil-friema tat-tonn.

2019/0117 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 2 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)Il-Pjan Pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent 3 , li daħal fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2019, ħassar il-pjan għall-irkupru tal-merluzz tan-Nofsinhar u tal-iskampu 4 . Il-limiti tal-isforz tas-sajd mogħtija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 kienu ġew stabbiliti skont dak il-pjan ta’ rkupru. Minħabba li l-istokkijiet ikkonċernati se jibdew jiġu ġestiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent billi jiġu stabbiliti limiti tal-qbid sabiex tinkiseb rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira li tkun fil-meded tal-FMSY, ma għadx hemm bżonn ikomplu jiġu stabbiliti limiti tal-isforz tas-sajd għall-flotot li jistadu għal dawk l-istokkijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II jitħassar.

(3)Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) ħareġ parir xjentifiku biex ma jinqabadx merlangu (Merlangius merlangus) fid-diviżjoni 7a tiegħu (jiġifieri fil-Baħar Irlandiż). It-TACs tal-qabdiet aċċessorji ta’ dak l-istokk għall-2019 ġew stabbiliti biex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-fatt li jitkompla s-sajd minħabba l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi gravi li jista’ jkun hemm jekk dan ma jseħħx u l-ħtieġa li jinkiseb stat bijoloġiku tajjeb ta’ dawk l-istokkijiet, filwaqt li titqies id-diffikultà li, f’sajd imħallat, l-istokkijiet kollha jiġu mistada fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli fl-istess ħin. L-analiżi xjentifika aġġornata li għamel il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) dwar l-istat tal-merlangu (Merlangius merlangus) fid-diviżjoni 7a tiegħu u dwar il-qabdiet aċċessorji ta’ dan l-istokk li ma jistgħux jiġu evitati waqt is-sajd għal ħut ieħor tipprevedi xenarju fejn kollox jibqa’ kif inhu, li fih huwa stmat li se jkun hemm qabdiet korrispondenti ta’ 1 385 tunnellata. Abbażi ta’ din l-analiżi xjentifika, jenħtieġ li l-qabda totali permissibbli (it-TAC) tiġi emendata biex tkun tirrifletti ammont li jnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju li l-istaġun tas-sajd jingħalaq kmieni, filwaqt li jippermetti lill-bijomassa tal-istokk riproduttiv tkompli tirkupra. Jenħtieġ li l-livell tat-TACs ikun jirrifletti wkoll il-fatt li ma tiżdiedx ir-rata ta’ mortalità għal dan l-istokk u li dan ikun jipprovdi inċentiv biex jitjiebu s-selettività u l-evitar.

(4)F’Diċembru tal-2018, l-Istati Membri kkonċernati qablu li jikkooperaw fil-Grupp tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral biex iħejju pjan pluriennali għat-tnaqqis tal-qabdiet aċċessorji u li jaħdmu mill-qrib mal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral biex jagħmlu dan. Jenħtieġ li dan il-pjan jiżgura li, fil-każ tal-ħames stokkijiet ikkonċernati, fosthom tal-merlangu fil-Baħar Irlandiż li, skont il-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES), ma għandux jinqabad fl-2019, il-qabdiet aċċessorji jitnaqqsu permezz ta’ miżuri tas-selettività u tal-evitar. Il-Kummissjoni beħsiebha tibgħat dan il-pjan lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF) biex dan jivvaluta l-effettività tiegħu waqt il-Laqgħa Plenarja tiegħu li se ssir f’Lulju tal-2019. Jekk il-valutazzjoni tas-STECF turi li l-pjan għat-tnaqqis tal-qabdiet aċċessorji mhux se jkollu l-effett mixtieq li jnaqqas ir-rata tal-mortalità mis-sajd marbuta mal-qabdiet aċċessorji, il-Kummissjoni se tqis miżuri oħrajn biex titnaqqas ir-rata tal-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet ikkonċernati.

(5)Skont il-parir tal-ICES tat-28 ta’ Marzu, jenħtieġ li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u l-31 ta’ Diċembru 2019 ma jinqabdux iktar minn 0,7 tunnellati ta’ skampu (Nephrops norvegicus) fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tal-ICES. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu fl-unità funzjonali 31 fid-diviżjoni 8c tal-ICES jiġu stabbiliti skont dan.

(6)Fit-28 ta’ Marzu 2019, l-ICES ħareġ il-parir tiegħu dwar il-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (fl-Iskagerrak, fil-Kattegat u fit-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fil-Fossa Norveġiża). Abbażi ta’ dak il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li l-kwota tal-Unjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES tiġi stabbilita bħala kwota ta’ 2 010 tunnellati skont il-livell tar-rendiment massimu sostenibbli.

(7)Fit-22 ta’ Frar 2019, l-ICES ħareġ il-parir aġġornat tiegħu dwar il-qabdiet tal-pollakkju l-iswed (Pollachius virens) fil-Baħar tat-Tramuntana. Abbażi ta’ dan il-parir u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jenħtieġ li t-TAC għall-pollakkju l-iswed tiġi emendata kif xieraq skont il-livell tar-rendiment massimu sostenibbli.

(8)Skont il-parir tal-ICES tat-12 ta’ April 2019, jenħtieġ li bejn l-1 ta’ Lulju 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2020 ma jinqabdux iktar minn XXX tunnellati ta’ laċċ ikħal (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal fid-diviżjoni 2a tal-ICES (jiġifieri fil-Baħar Norveġiż) u fis-subżona 4 tal-ICES (jiġifieri fil-Baħar tat-Tramuntana) jiġu stabbiliti skont dan.

(9)Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Dak il-pjan ta’ ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika li fl-2018 jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni pluriennali għall-istokk minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma għadux jeħtieġ il-miżuri ta’ emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (ir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04). Il-pjan ta’ ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta’ rkaptu u ta’ tekniki tas-sajd differenti. Għalhekk jixraq li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd u dwar l-ammont massimu ta’ tonn fil-friema tat-tonn.

(10)Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2019/124 bdew japplikaw fl-1 ta’ Jannar 2019. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid ukoll ikunu japplikaw minn dik id-data. It-tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(11)Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/124 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(1)jitħassar l-Artikolu 9(a);

(2)l-Anness IA tar-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(3)jitħassar l-Anness IIA;

(4)l-Anness IV huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)     http://www.ices.dk/community/advisory-process/Pages/Latest-advice.aspx.  
(2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).
(3)    Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).
(4)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ speċi żgħar ta’ ħlejjaq tal-baħar (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).
Top

Brussell, 24.5.2019

COM(2019) 243 final

ANNESS

tal-

PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd


ANNESS

1.L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(1)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merlangu fid-diviżjoni 7a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Il-merlangu

 

 

Żona:

Iż-żona 7a

 

 

 

Merlangius merlangus

 

 

 

(WHG/07A.)

 

Il-Belġju

 

3

(1)

TAC analitika

 

 

Franza

43

(1)

Japplika l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

L-Irlanda

717

(1)

In-Netherlands

1

(1)

Ir-Renju Unit

482

(1)

L-Unjoni

1 246

(1)

TAC

1 246

(1)

(1)

Għall-qabdiet aċċessorji tal-merlangu fis-sajd għal speċijiet oħra biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett għall-merlangu fil-kuntest ta’ din il-kwota.

”;

(2)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fid-diviżjoni 3a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Il-gamblu tat-Tramuntana

 

Żona:

Iż-żona 3a

 

 

 

Pandalus borealis

 

 

 

(PRA/03A.)

 

 

Id-Danimarka

 

1 306

TAC prekawzjonarja

 

 

L-Iżvezja

704

L-Unjoni

2 010

TAC

4 314

”;

(3)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-pollakkju l-iswed fid-diviżjoni 3a tal-ICES, fis-subżona 4 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

 

 

 

 

 

 

 

 

Speċi:

Il-pollakkju l-iswed

 

 

Żona:

Iż-żoni 3a u 4 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 2a

 

Pollachius virens

 

 

(POK/2C3A4)

 

Il-Belġju

33

TAC analitika

Id-Danimarka

3 865

Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-Ġermanja

9 759

Franza

22 967

In-Netherlands

98

L-Iżvezja

531

Ir-Renju Unit

7 482

L-Unjoni

44 735

In-Norveġja

48 879

(1)

TAC

93 614

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 4 u fiż-żona 3a (POK/*3A4-C). Il-qabdiet li jinqabdu fil-kuntest ta’ din il-kwota jridu jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

”;

(4)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal u għall-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

Il-laċċ ikħal u l-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4

 

 

Sprattus sprattus

 

 

(SPR/2AC4-C)

 

 

Il-Belġju

 

pm

(1)(2)

TAC analitika

 

 

Id-Danimarka

pm

(1)(2)

Il-Ġermanja

pm

(1)(2)

Franza

pm

(1)(2)

In-Netherlands

pm

(1)(2)

L-Iżvezja

pm

(1)(2)(3)

Ir-Renju Unit

pm

(1)(2)

L-Unjoni

pm

(1)

In-Norveġja

pm

(1)

Il-Gżejjer Faeroe

pm

(1)(4)

TAC

pm

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(2)

Sa 2 % tal-kwota tista’ tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/ *2AC4C). Flimkien, il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(3)

Inkluż iċ-ċiċċirell.

(4)

Din il-kwota jista’ jkun fiha sa 4 % ta’ qabdiet aċċessorji tal-aringi.

 

 

 

 

”;

(5)it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu fid-diviżjoni 8c tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

Speċi:

L-iskampu

 

Żona:

Iż-żona 8c

 

 

 

Nephrops norvegicus

 

 

 

(NEP/08C.)

 

 

Spanja

 

2,7

(1)

TAC prekawzjonarja

 

 

Franza

0,0

(1)

L-Unjoni

2,7

(1)

TAC

2,7

(1)

(1) Għall-qabdiet li jinqabdu bħala parti mis-sajd sentinella biex tinġabar data dwar il-qabda għal kull unità tal-isforz (is-CPUE) b’bastimenti li fuqhom ikun hemm l-osservaturi abbord biss:

żewġ tunnellati fl-unità funzjonali 25 waqt ħames vjaġġi kull xahar matul Awwissu u Settembru;

0,7 tunnellati fl-unità funzjonali 31 waqt sebat ijiem f’Lulju.

 

 

 

 

 

 

 

 

”.

2.L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/124 huwa emendat kif ġej:

(1)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran:

L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd 1

Ċipru 2

Il-Greċja 3

Il-Kroazja

L-Italja

Franza

Spanja

Malta 4

Bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Bastimenti tas-sajd bil-konz

Irid jiġi stabbilit 5

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Dgħajjes tas-sajd bil-lixka

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit 6

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Bastimenti tat-tkarkir

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Bastimenti oħrajn tas-sajd artiġjanali 7

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

Irid jiġi stabbilit

”;

(2)it-Tabella B tal-paragrafu 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella B 81

L-ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati)

Spanja

7 000

L-Italja

3 764

Il-Greċja

785

Ċipru

2 195

Il-Kroazja

2 947

Malta

8 766

Il-Portugall

350

”.

(1)    In-numri f’din it-Tabella A tat-taqsima 4 jistgħu jiżdiedu iżjed, dejjem jekk jitħarsu l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
(2)    Bastiment wieħed tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn għaxar bastimenti tas-sajd bil-konz jew b’bastiment wieħed tas-sajd bit-tartaruni tal-borża żgħir u mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konz.
(3)    Bastiment wieħed tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn għaxar bastimenti tas-sajd bil-konz jew b’bastiment wieħed tas-sajd bit-tartaruni tal-borża żgħir u tliet bastimenti oħrajn tas-sajd artiġjanali.
(4)    Bastiment wieħed tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn għaxar bastimenti tas-sajd bil-konz.
(5)    Bastimenti polivalenti li jużaw tagħmir b’iżjed minn irkaptu wieħed.
(6)    Bastimenti tas-sajd bix-xlief li jistadu fl-Atlantiku.
(7)    Bastimenti polivalenti li jużaw tagħmir b’iżjed minn irkaptu wieħed (il-konzijiet, ix-xlief u x-xlief bir-rixa).
(8) 1    Il-kapaċità tat-trobbija fil-Portugall, li tammonta għal 350 tunnellata, hija koperta mill-kapaċità mhix użata tal-Unjoni stabbilita fit-Tabella A.
Top
  翻译: