Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0277

Kawża T-277/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 7 ta’ Mejju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OMNICARE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE — Ċaħda ta’ rikors għal restitutio in integrum )

ĠU C 153, 4.7.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/35


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2009 — Omnicare vs UASI — Astellas Pharma (OMNICARE)

(Kawża T-277/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OMNICARE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE - Ċaħda ta’ rikors għal restitutio in integrum”)

2009/C 153/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omnicare, Inc. (Covington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment M. Edenborough, barrister u O. Patterson, solicitor, imbagħad M. Edenborough)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, imbagħad G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Astellas Pharma GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2006 (Każ R 446/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharmi GmbH u Omnicare, Inc. u li tiċħad ir-rikors għal restitutio in integrum ippreżentat minn din tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Lulju 2006 (Każ R 446/2006-2) hija annullata.

2)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ Omnicare, Inc.

3)

Astellas Pharma GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006.


Top
  翻译: