Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0023

Kawża T-23/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/38


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α)

(Kawża T-23/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)

2009/C 141/78

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hambourg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv α bħala trade mark Komunitarja,

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) hija annullata.

2)

M’hemmx lok għal deċiżjoni dwar it-tieni kap ta’ talbiet ta’ BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG.

3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


Top
  翻译: