Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0596

Kawża C-596/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Franċiża

ĠU C 72, 5.3.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/11


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-596/10)

2011/C 72/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi applikat rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel, meta ma humiex normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 u l-Anness III tad-Direttiva VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha l-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-Direttiva VAT mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, minn naħa, it-tranżazzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Anness III ta’ din id-direttiva għar-rata mnaqqsa ta’ 5,5 % u, min-naħa l-oħra, ċerti tranżazzjonijiet għar-rata mnaqqsa ta’ 2,10 %.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, ir-rikorrenti tirrileva li, minbarra l-fatt li tapplika rata tal-VAT mnaqqsa ta’5,5 % għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-ekwini ħajjin u mingħajr ma tagħmel distinzjoni abbażi tal-użu tagħhom, il-leġiżlazzjoni Franċiża tistipula wkoll dispożizzjonijiet oħra li ma humiex skont id-Direttiva VAT u, b’mod partikolari, fil-punti 1 u 11 tal-Anness III ta’ din id-direttiva.

Permezz tat-tieni ilment tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-prattika amministrattiva tal-konvenuta li tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ 2,10 % fuq il-bejgħ lil persuni mhux taxxabbli għall-VAT ta’ annimali ħajjin mhux intiżi għall-użu mill-biċċier, u b’mod partikolari ta’ żwiemel tal-korsa, tat-tlielaq, dawk użati bħala passatemp u għal taħriġ.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top
  翻译: