This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0096
Case T-96/10: Judgment of the General Court of 7 March 2013 — Rütgers Germany and Others v ECHA (REACH — Identification of anthracene oil (anthracene paste) as a substance of very high concern — Actions for annulment — Actionable measure — Regulatory act not entailing implementing measures — Direct concern — Admissibility — Equal treatment — Proportionality)
Kawża T-96/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2013 — Rütgers Germany et vs ECHA ( “REACH — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inċidenza diretta — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità” )
Kawża T-96/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2013 — Rütgers Germany et vs ECHA ( “REACH — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inċidenza diretta — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità” )
ĠU C 114, 20.4.2013, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — Rütgers Germany et vs ECHA
(Kawża T-96/10) (1)
(REACH - Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inċidenza diretta - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità)
2013/C 114/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rütgers Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Deza, a.s. (Valašske Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); u Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem, R. Cana, avukati, u P. Sellar, solicitor, sussegwentement K. Van Maldegem u R. Cana)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-ECHA, ippubblikata fit-13 ta’ Jannar 2010, li tidentifika ż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) (KE Nru 292-603-2) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), b’mod konformi mal-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S u Koppers UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż. |