This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0565
Case C-565/11: Judgment of the Court (Third Chamber) of 18 April 2013 (request for a preliminary ruling from the Tribunalul Sibiu — Romania) — Mariana Irimie v Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu (Repayment of taxes levied by a Member State in breach of European Union law — National system limiting the interest payable by the Member State on the repaid tax — Interest calculated from the day following the date of the claim for repayment of the tax — Non-compliance with European Union law — Principle of effectiveness)
Kawża C-565/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu (Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura — Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ effettività)

ĠU C 164, 8.6.2013, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-565/11) (1)
(Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura - Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa - Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ effettività)
2013/C 164/08
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mariana Irimie
Konvenuta: Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, tal-Artikoli 6 TUE u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont tal-kumpens għad-dannu subit minn individwi minħabba ksur mill-Istat Membru tad-dritt tal-Unjoni — Rimbors tal-interessi legali relatati mal-ħlas lura ta’ taxxa
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.