This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0648
Case C-648/13: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 30 June 2016 — European Commission v Republic of Poland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Environment — European Union water policy — Directive 2000/60/EC — Monitoring of the ecological status and the chemical status of surface waters — River basin management plans)
Kawża C-648/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma — Direttiva 2000/60/KE — Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ — Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara)
Kawża C-648/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma — Direttiva 2000/60/KE — Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ — Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara)
ĠU C 335, 12.9.2016, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-648/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ - Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara))
(2016/C 335/02)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u M. Drwięcki, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Billi ma ttrasponietx totalment jew korrettament l-Artikolu 2, punti 19, 20, 26 u 27, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata mid-Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, kif ukoll il-punti 1.3,1.3.4, 1.3.5, 1.4 u 2.4.1 tal-Anness V tal-imsemmija direttiva u l-Parti A, punti 7.2 sa 7.10, tal-Anness VII tal-istess direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq obbligi li hija kienet responsabbli għalihom skont dawn id-dispożizzjonijiet u skont l-Artikolu 24 ta’ din l-istess direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |