This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0493
Case C-493/15: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 16 March 2017 (request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione — Italy) — Agenzia delle Entrate v Marci Identi (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax — Article 4(3) TEU — Sixth Directive — State aid — Procedure discharging bankrupt natural persons from debts (esdebitazione) — Ineligibility of VAT debts)
Kawża C-493/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Artikolu 4(3) TUE — Sitt Direttiva — Għajnuna mill-Istat — Proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ta’ persuni fiżiċi fi stat ta’ falliment (esdebitazione) — Nuqqas ta’ eżiġibbiltà tad-dejn ta’ VAT)

ĠU C 151, 15.5.2017, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi
(Kawża C-493/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikolu 4(3) TUE - Sitt Direttiva - Għajnuna mill-Istat - Proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ta’ persuni fiżiċi fi stat ta’ falliment (esdebitazione) - Nuqqas ta’ eżiġibbiltà tad-dejn ta’ VAT))
(2017/C 151/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Entrate
Konvenut: Marco Identi
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dejn ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jiġi ddikjarat mhux eżiġibbli skont leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi proċedura ta’ ħelsien mid-dejn li permezz tagħha qorti tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tiddikjara mhux eżiġibbli d-dejn ta’ persuna fiżika li ma jkunx ġie llikwidat fi tmiem il-proċeduri ta’ falliment li għalihom din il-persuna kienet suġġetta.