Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0194

Kawża C-194/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

ĠU C 245, 27.7.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

(Kawża C-194/15)

(2015/C 245/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

Domandi preliminari

L-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi ntaxxati fiż-żewġ Stati, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat ta’ residenza, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat li fih għandha s-sede l-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi?


Top
  翻译: