Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0686

Kawża C-686/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Vodoopskrba i odvodnja d.o.o. vs Željka Klafurić

ĠU C 111, 29.3.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja) fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Vodoopskrba i odvodnja d.o.o. vs Željka Klafurić

(Kawża C-686/15)

(2016/C 111/07)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Velikoj Gorici

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodoopskrba i odvodnja d.o.o.

Konvenut: Željka Klafurić

Domanda preliminari

Kif jiġi kkalkolat, skont id-dritt tal-Unjoni, il-prezz tal-ilma pprovdut li huwa ffatturat għal kull appartament fi proprjetà immobbli ta’ abitazzjoni jew għal dar individwali? Iċ-ċittadini tal-Unjoni jħallsu l-fatturi dwar il-konsum tal-ilma tagħhom billi jħallsu biss għall-konsum effettivament irrilevat mill-arloġġ tal-ilma jew iħallsu wkoll spejjeż u tariffi oħra?


Top
  翻译: