This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0067
Case T-67/15: Action brought on 12 February 2015 — Polo Club v OHIM — Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)
Kawża T-67/15: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Frar 2015 – Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)
Kawża T-67/15: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Frar 2015 – Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)
ĠU C 118, 13.4.2015, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/36 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Polo Club vs UASI – Lifestyle Equities (POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN)
(Kawża T-67/15)
(2015/C 118/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Polo Club (Gassin, Franza) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “POLO CLUB SAINT-TROPEZ HARAS DE GASSIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 525 137
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 1882/2013-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009. |