This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0114
Case T-114/16: Action brought on 18 March 2016 — Delfin Wellness v EUIPO — Laher (infrared cabins and saunas)
Kawża T-114/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)
Kawża T-114/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)
ĠU C 165, 10.5.2016, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/17 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Delfin Wellness vs EUIPO – Laher (Kabini infra-ħomor u sawni)
(Kawża T-114/16)
(2016/C 165/19)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Delfin Wellness GmbH (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Riedler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sabine Laher (Weyer, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1058812-0001, Nru 1058812-0002 u Nru 1058812-0003
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każijiet R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO li għandhom in-numri ta’ Każ R 849/2014-3, R 850/2014-3 u R 851/2014-3 |
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll il-part l-oħra għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 65(f) tar-Regolament Nru 6/2002; |
— |
Ksur tal-Artikolu 65(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002. |