This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0309
Case C-309/17: Request for a preliminary ruling from the Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (Germany) lodged on 29 May 2017 — Stadtwerke Delmenhorst GmbH v Manfred Bleckwehl
Kawża C-309/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl
Kawża C-309/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl
ĠU C 318, 25.9.2017, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Stadtwerke Delmenhorst GmbH vs Manfred Bleckwehl
(Kawża C-309/17)
(2017/C 318/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stadtwerke Delmenhorst GmbH
Konvenut: Manfred Bleckwehl
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ informazzjoni diretta u fi żmien xieraq, lill-konsumaturi tal-gass, rigward il-kundizzjonijiet, ir-raġunijiet u l-portata ta’ modifika imminenti fit-tariffi għall-provvista tal-gass jipprekludi l-effettività ta’ tali modifika? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: L-Artikolu 3(3) moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tad-Direttiva 2003/55 japplika direttament, mill-1 ta’ Lulju 2004, għal impriża ta’ provvista rregolata mid-dritt privat (GmbH Ġermaniża), għaliex l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva huma inkundizzjonati, u għaldaqstant applikabbli mingħajr ebda att ieħor ta’ traspożizzjoni, u jagħtu liċ-ċittadin drittijiet fil-konfront ta’ organizzazzjoni li, minkejja li hija rregolata mid-dritt privat, hija kkontrollata mill-Istat, li huwa l-uniku detentur tal-azzjonijiet tagħha? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230.