Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0494

Kawża T-494/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2019 — CupoNation vs EUIPO (Cyber Monday)

ĠU C 288, 26.8.2019, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/64


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2019 — CupoNation vs EUIPO (Cyber Monday)

(Kawża T-494/19)

(2019/C 288/78)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CupoNation GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Cyber Monday fil-kuluri lewn il-qroll u iswed — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 020 851

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 fil-Każ R 1798/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top
  翻译: