This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Public-private partnership to develop cleaner aircraft
Sħubija pubblika-privata għall-iżvilupp ta' ajruplani aktar nodfa
Sħubija pubblika-privata għall-iżvilupp ta' ajruplani aktar nodfa
This summary has been archived and will not be updated. See 'Sħubiji pubbliċi-privati taħt Orizzont Ewropa' for an updated information about the subject.
Sħubija pubblika-privata għall-iżvilupp ta' ajruplani aktar nodfa
L-industrija tal-avjazzjoni Ewropea ssieħbet mal-Kummissjoni Ewropea u mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka biex tnaqqas l-impronta ambjentali tal-avjazzjoni fil-kuntest tas-sħubija pubblika-privata (PPP) implimentata fil-preżent mill-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
ATT
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2.
SOMMARJU
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (CS2 JU) timmira li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-ajruplani billi tiżgura li dawn ikunu aktar nodfa, aktar effiċjenti mil-lat ta' konsum ta' fjuwil u inqas storbjużi, kif ukoll billi tiżviluppa industrija ajrunawtika kompetittiva fl-Ewropa.
Ir-Regolament (UE) Nru 558/2014 ikopri l-perjodu sal-2024. Din il-fażi ġdida tkompli minn fejn ħalla barra l-programm oriġinali. Tinvolvi kumpaniji, universitajiet, laboratorji pubbliċi, SMEs innovattivi u lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-miri tas-CS 2 huma:
— |
li żżid l-effiċjenza tal-fjuwil tal-ajruplani sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 b'bejn 20 u 30 fil-mija; u
|
— |
li tnaqqas in-nitrogen oxide (NOx) u l-emissjonijiet tal-ħsejjes tal-ajruplani b'bejn 20 u 30 fil-mija meta mqabbla mal-aktar ajruplani moderni li jidħlu fis-servizz mill-2014.
|
CS 2 tinkludi:
1. |
3 Pjattaformi ta' Turija ta' Ajruplani Innovattivi (IADP - Innovative Aircraft Demonstrator Platforms), għal Ajruplani tal-Passiġġieri Kbar, Ajruplani Reġjonali u Rotorcrafts Veloċi (ħelikopters avvanzati), l-iżvilupp u l-ittestjar ta' dimostraturi tat-tajran fil-livell sħiħ tal-ajruplan/vettura; |
2. |
3 Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata (ITDs - Integrated Technology Demonstrators), li jħarsu lejn il-qafas tal-ajru, il-magni u s-sistemi, li jużaw dimostraturi f'livell tas-sistema integrata maġġuri; |
3. |
2 Attivitajiet Trasversi (Trasport Żgħir tal-Ajru, Eko-Disinn), li jintegraw l-għarfien ta' ITDs u IADPs differenti għal applikazzjonijiet speċifiċi u li jippermettu li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn il-pjattaformi differenti permezz ta' proġetti u riżultati kondiviżi. |
4. |
L-Evalwatur tat-Teknoloġija (TE - Technology Evaluator), monitoraġġ u valutazzjoni tal-impatt ambjentali u fuq is-soċjetà tat-teknoloġiji żviluppati fl-IADPs u fl-ITDs. |
Ġestjoni
Is-CS 2 JU hija entità legali mfassla apposta għall-għanijiet skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li jippermetti li jkun hemm sħubiji pubbliċi-privati fuq livell tal-UE fil-qasam tar-riċerka industrijali). Il-JU tistabbilixxi l-aġenza tar-riċerka strateġika tagħha stess u tiffinanzja proġetti tal-membri kif ukoll proġetti magħżulin wara sejħiet għall-proposti ppubblikati fuq is-sit elettroniku ta' CS 2 JU. Bħala regola ġenerali, il-JU tapplika r-Regoli ta' Orizzont 2020 għall-parteċipazzjoni.
CS 2 hija ġestita minn Direttur Eżekuttiv li huwa appoġġat mit-tim ta' Clean Sky. Il-JU għandha Bord Governattiv li jinkludi rappreżentanti tal-industrija, tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tal-Kummissjoni Ewropea. Għandu r-responsabilità ġenerali għall-operazzjonijiet tal-JU. Tingħata parir mill-Kumitati Xjentifiċi fuq prijoritajiet xjentifiċi. Hemm ukoll Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati tas-CS 2 li jirrappreżenta lill-pajjiżi involuti, kif ukoll Kumitati ta' Tmexxija għall-ITDs u għall-IADPs. Id-deċiżjonijiet jittieħdu skont ir-regoli tal-votazzjoni stabbiliti mill-Impriża Konġunta.
L-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012) jipprovdi għal regoli ġodda inqas stretti mfasslin apposta għall-korpi PPP tal-UE.
Baġit
Il-baġit ġenerali tas-CS2 huwa ta' €4 biljuni. €1.8 biljuni jiġu mill-baġit tal-programm Orizzont 2020. Is-sħab industrijali jikkontribwixxu €2.2 biljuni, li €1 biljun minnhom jiġi minn attivitajiet addizzjonali li mhumiex inklużi fil-pjan ta' ħidma tal-JTI iżda li jgħinu biex jissodisfaw l-objettivi tiegħu. Sabiex jiġi kkunsidrat it-tul tal-Programm Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti skont is-CS2 JU għandhom jitnedew sal-31 ta' Diċembru 2020.
— |
40% tal-baġit huwa merfugħ għall-membri fundaturi tas-CS 2 li jmexxu l-programm tekniku u li impenjaw ruħhom għat-tul kollu tiegħu;
|
— |
30% huma allokati għall-imsieħba ewlenin, magħżulin permezz ta' sejħiet miftuħin fil-bidu tal-programm, li jsiru membri sħaħ tal-JU;
|
— |
l-aħħar 30% tal-finanzjament huwa mqassam fis-sejħiet miftuħin annwali sabiex jappoġġa kompiti speċifiċi.
|
L-Impriża Konġunta tfittex ukoll li tiżviluppa sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ESIF).
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
27.6.2014 |
- |
ATTI RELATATI
Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 104-173).
L-aħħar aġġornament: 10.08.2014