Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Limiti tal-emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Ir-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja' for an updated information about the subject.

Limiti tal-emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2001/81/KE dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi limiti fuq l-emissjonijiet nazzjonali totali minn 4 inkwinanti — id-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-komposti organiċi volatili u l-ammonijaka.

Dawn jistgħu jikkawżaw:

  • aċidifikazzjoni (eż. aċidifikazzjoni tal-kompożizzjoni kimika tal-baħar),
  • tniġġis tal-ilma u l-ħamrija (ewtrofikazzjoni), u
  • ożonu troposferiku (ożonu li jirriżulta mir-reazzjoni tal-erba’ inkwinanti mas-sħana u d-dawl tax-xemx).

L-azzjoni tal-UE tibqa’ meħtieġa minħabba n-natura transkonfinali persistenti ta’ dawn l-inkwinanti. Il-limiti huma stadji lejn objettivi fit-tul aktar ambizzjużi.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE kellhom jiżguraw li, sal-2010, l-emissjonijiet tal-erba’ inkwinanti jkunu taħt il-livelli massimi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u jibqgħu baxxi fis-snin sussegwenti.
  • Kull pajjiż kellu jfassal programm nazzjonali sal-1 ta’ Ottubru 2002 sabiex ikun jista’ jilħaq dawn il-miri. Dawn il-programmi kellhom jinkludu l-politiki u l-miżuri li riedu jittieħdu u l-impatt probabbli tagħhom. Jekk ikun meħtieġ, dawn kellhom jiġu aġġornati fl-2006.
  • Il-programmi kellhom u għadhom iridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għal organizzazzjonijiet ambjentali u organizzoħrajn.
  • L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipproduċu inventarji u projezzjonijiet tal-emissjonijiet annwali u jippreżentawhom lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent sal-aħħar ta’ kull sena.
  • Il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-progress li sar u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-2012.
  • Il-leġiżlazzjoni ma tkoprix l-emissjonijiet internazzjonali mis-settur marittimu u mis-settur tal-inġenji tal-ajru, jew l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji, fid-dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza, f’Madeira jew fl-Azores.

SFOND

Billi t-tniġġis tal-arja huwa problema internazzjonali li taqsam il-fruntieri nazzjonali, f’Ġunju 2003, l-UE aderixxiet mal-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (ara s-sommarju rilevanti)

Fl-2013, il-Kummissjoni nnotat li l-kwalità tal-arja tal-Ewropa kienet tjiebet b’mod sinifikanti, iżda xorta waħda kienet qiegħda tonqos milli tilħaq il-miri stabbiliti. Il-valutazzjoni, stabbilita fil-komunikazzjoni tagħha “Programm għal arja nadifa għall-Ewropa”, kienet akkumpanjata mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar l-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi.

Din id-Direttiva tħassar id-Direttiva 2001/81/KE, li għandha l-għan li testendi l-livelli massimi nazzjonali ta’ emissjonijiet għall-2020 u li tintroduċi oħrajn ġodda għall-2025.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, pp. 22-30)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/81/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, pp. 1-31)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar it-Tinġis tal-Arja Transkonfini fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta’ ma’ Wiċċ l-Art (ĠU L 179, 17.7.2003, pp. 1-2)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Programm għall-Arja Nadifa għall-Ewropa (COM(2013) 918 final tat-18.12.2013)

l-aħħar aġġornament 29.08.2019

Top
  翻译: