This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Vulnerable marine ecosystems: protection from bottom fishing on the high seas
Ekosistemi marini vulnerabbli: il-protezzjoni mis-sajd tal-qiegħ fl-ibħra internazzjonali
Ekosistemi marini vulnerabbli: il-protezzjoni mis-sajd tal-qiegħ fl-ibħra internazzjonali
Ekosistemi marini vulnerabbli: il-protezzjoni mis-sajd tal-qiegħ fl-ibħra internazzjonali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KE) Nru 734/2008 — il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Dan jistabbilixxi regoli għall-bastimenti tas-sajd irreġistrati f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) li jużaw irkaptu tas-sajd tal-qiegħ* fl-ibħra internazzjonali barra miż-żoni rregolati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew fejn dawn l-organizzazzjonijiet ma adottawx miżuri għal dan is-sajd.
PUNTI EWLENIN
Organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMOs)
Kamp ta’applikazzjoni
Ir-regolament japplika għal bastimenti li jwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu tas-sajd tal-qiegħ:
Permessi speċjali tas-sajd
L-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ huma awtorizzati biss meta ma jġibux magħhom riskju ta' ħsara lill-ekosistemi marini vulnerabbli. Il-bastimenti rreġistrati fl-UE li jużaw irkaptu tas-sajd tal-qiegħ f’dawn iż-żoni jridu jiksbu permess speċjali tas-sajd. L-applikazzjonijiet iridu jinkludu pjan tas-sajd dettaljat li jispeċifika:
Il-permessi jinħarġu mill-pajjiż fejn ikun irreġistrat il-bastiment. L-awtoritajiet responsabbli ta’ dak il-pajjiż iridu:
Għeluq ta’żoni
B’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/105 tal-2006, il-pajjiżi tal-UE jridu jidentifikaw żoni fejn jinsabu jew x’aktarx jinsabu ekosistemi marini vulnerabbli fuq il-bażi tal-aħjar tagħrif xjentifiku disponibbli, u jagħlqu dawn iż-żoni għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. Il-Kummissjoni trid tkun informata dwar kull għeluq u mbagħad trid tinforma lill-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
Monitoraġġ
L-osservaturi jwettqu monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti li jingħataw permess tas-sajd speċjali sakemm jitlesta l-pjan tas-sajd. Matul dan il-perjodu, l-osservaturi jridu:
Għandu jintbagħat rapport lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż tal-UE kkonċernat fi żmien 20 ġurnata mit-tmiem tal-missjoni. Kopja ta’ dan tintbagħat lill-Kummissjoni.
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-31 ta’ Lulju 2008.
* TERMINI EWLENIN
Irkaptu tal-qiegħ: irkaptu użat waqt attivitajiet normali tas-sajd f’kuntatt ma’ qiegħ il-baħar, inklużi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, gangmi, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.
Ħażniet tal-ħut transżonali: riżorsi tas-sajd li jemigraw bejn iż-żoni ekonomiċi esklussivi (jiġifieri żona tal-baħar li fuqha pajjiż għandu drittijiet speċjali fir-rigward tal-esplorazzjoni u l-użu ta’ riżorsi tal-baħar) u l-ibħra internazzjonali.
DOKUMENT EWLIENI
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, pp. 8–13)
l-aħħar aġġornament 04.10.2016