This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004AE0854
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Communication from the Commission to the Council and the European Parliament — Stimulating technologies for sustainable development: an environmental technologies action plan for European Union (COM(2004) 38 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew: Nippromwovu t-Teknoloġiji għas-servizz ta' l-iżvilupp sostenibbli: pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea favur l-ekoteknolġiji (COM(2004) 38 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew: Nippromwovu t-Teknoloġiji għas-servizz ta' l-iżvilupp sostenibbli: pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea favur l-ekoteknolġiji (COM(2004) 38 final)
ĠU C 241, 28.9.2004, p. 44–48
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
28.9.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 241/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew: “Nippromwovu t-Teknoloġiji għas-servizz ta' l-iżvilupp sostenibbli: pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea favur l-ekoteknolġiji”
(COM(2004) 38 final)
(2004/C 241/14)
Fit-28 ta' Jannar 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew Nippromwovu t-Teknoloġiji għas-servizz ta' l-iżvilupp sostenibbli: pjan ta' azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea favur l-ekoteknolġiji”
Is-sezzjoni speċjalizzata “Agrikultura, żvilupp rurali, ambjent”, li hija responsabbli mill-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fis-6 ta' Mejju 2004 (rapporteur: is-Sur BUFFETAUT).
Matul is-sessjoni plenarja numru 409 tat-2 u t-3 ta' Ġunju 2004 (sessjoni tat-2 ta' Ġunju), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni li ġejja b'177 vot favur, wieħed kontra u 5 astensjonijiet.
1. Introduzzjoni
1.1 |
Din il-komunikazzjoni tagħmel parti mit-“tradizzjoni” tat-testi mhux leġislattivi tal-Kummissjoni li lkoll kemm huma jenfasizzaw fuq l-inizjattivi meħuda f'dan il-qasam ikkonċernat u tal-perspettivi politiċi tal-ġejjieni. Hija ssawwar b'xi mod il-qafas ta' riflessjoni ġenerali tal-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ekoteknoloġiji. |
1.2 |
L-ewwelnett, din tpoġġiha fil-perspettiva ta' l-istrateġija favur l-iżvilupp sostenibbli u ta' l-istrateġija ta' Lisbona u tfakkar, ritornell issa magħruf, li l-għan huwa li tagħmel l-Unjoni Ewropea “l-ekonomija ta' l-għarfien l-iktar kompetittiva u l-iktar dinamika fid-dinja, kapaċi li twassal għal tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien ma' titjib kwantitattiv u kwalitattiv tax-xogħol u għal koeżjoni soċjali akbar”. |
1.3. |
Iżda wara l-ifformolar ta' din in-nota, li issa saret ritwali, tqum mistoqsija importanti: x'inhuma l-għanijiet ta' dan il-pjan ta' azzjoni favur l-ekoteknoloġiji (PAET)? Il-Kummissjoni ssemmi tlieta:
fl-għan aħħari li titnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali tagħna, li titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' l-abitanti ta' l-Ewropa u li jiġi favorit it-tkabbir ekonomiku. |
1.4. |
Il-Kummissjoni tqis, li politikament, huwa l-mument opportun biex tniedi dan il-pjan ta' azzjoni, iżda skond liema metodi u b'liema azzjonijiet konkreti se tiżviluppah? Huma r-risposti mogħtija lil dawn iż-żewg mistoqsijiet li jsawru it-test. |
2. Il-Kontenut essenzjali tal-pjan ta' azzjoni
2.1 L-elaborazzjoni tal-pjan ta' azzjoni
2.1.1 |
L-ewwelnett, il-Kummissjoni tagħmel ċertu numru ta' rapporti li għandhom iservu bħala l-linji ta' gwida għall-elaborazzjoni tal-pjan ta' azzjoni:
|
2.2 L-azzjoni
Il-Kummissjoni tipproponi tliet oqsma kbar ta' azzjoni:
— |
l-għotja tar-riċerka lis-swieq, |
— |
it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq, u |
— |
l-azzjoni fuq livell dinji. |
2.2.1 L-għotja tar-riċerka lis-swieq
2.2.1.1 |
Il-Kummissjoni għalhekk tirrakomanda li tiżviluppa u timmira r-riċerka, billi ddur għall-għajnuna ta' finanzjament, partikolarment mill-BIE u mill-BERD, bl-għan li tidħol f'applikazzjonijiet kummerċjali. |
2.2.1.2 |
Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippromwovi pjattaformi teknoloġiċi għall-ekoteknoloġiji promettenti, li għandhom bħala għan li jkabbru l-effiċjenza tar-riċerka, li jimmobilizzaw il-mezzi, li jikkunsidraw l-iżvilupp tal-partenarjat pubbliku/privat, li jtejbu t-trasferiment tat-teknoloġiji lejn il-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw. |
2.2.1.3 |
Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tixtieq ittejeb l-esperimentazzjoni u n-normalizzazzjoni ta' l-ekoteknoloġiji. |
2.2.2 It-titjib tal-kundizzjonijiet tas-suq
2.2.2.1 |
Il-Kummissjoni tippreżenta l-kundizzjonijiet ta' dan it-titjib fis-suq f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti, mat-tneħħija ta' l-ostakli ekonomiċi, ma' l-influwenza tat-toqol ekonomiku tas-swieq pubbliċi, mal-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili. |
2.2.3 L-azzjoni fuq livell dinji
2.2.3.1 |
L-ambizzjoni Ewropea dwar l-ekoteknoloġiji ma tillimitax ruħha biss għall-kontinent l-antik. Il-Kummissjoni tqis li l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi b'forza biex tippromwovi żvilupp sostenibbli fuq livell dinji. |
2.2.3.2 |
Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tiżviluppa l-partenarjati mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li timplika ruħha fl-inizzattivi meħudha fis-summit ta' Johannesburg dwar l-ekoteknoloġija. |
3. Kordinazzjoni u tkomplija
3.1 |
L-elaborazzjoni ta' pjan ta' azzjoni jwassal għat-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni qed taħseb għal diversi strumenti għal dan l-effett: rapport biannwali, Kumitat Ewropew għall-ekoteknoloġiji, kordinazzjoni, informazzjoni dwar l-aħjar prattika eċċ. |
4. Osservazzjonijiet ġenerali
4.1 |
L-osservazzjonijiet tal-Kumitat jagħtu każ ukoll tal-kummentarji u tal-proposti mwassla mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-bidliet industrijali (rapporteuse: is-Sinjura SIRKEINEN, korapporteur: is-Sur REICHEL). |
4.2 |
Il-qasam ta' l-ekoteknoloġiji huwa wiesa' ħafna skond id-definizzjoni. Huma jista' jkollhom l-għan li jużaw ir-riżorsi naturali b'mod sostenibbli, li jevitaw jew li jnaqqsu l-ħsara lill-ambjent, li jiżviluppaw sorsi ta' enerġija alternattiva, li jingħaqdu mal-politika integrata tal-prodotti, eċċ. Hekk kif diġà enfasizza l-KESE (1), huwa importanti ferm li d-definizzjoni ta' l-ekoteknoloġija ma tillimitax ruħha għat-teknoloġiji “propji”. It-titjib kontinwu tal-proċess u tal-mezzi ta' prestazzjoni tas-servizz sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent, tar-riċerka, l-għarfien innovattiv u l-iżvilupp għat-titjib tat-teknoloġiji tradizzjonali u għall-integrazzjoni ta' dimensjoni ambjentali jiddependi wkoll mill-mod kif wieħed jiżviluppa l-ekoteknoloġiji u jridu jkunu mħeġġin. Il-kejl ta' l-effiċjenza ta' teknika ekoloġika hija apprezzata skond l-impatt favorevoli tagħha fuq l-ambjent u mhux fuq id-definizzjoni minn qabel ta' teknoloġiji ekoloġiċi “li għandhom kwalitajiet tajba”. |
4.3 |
Ir-riskju ta' pjan ta' azzjoni wiesa' ħafna huwa t-tixrid u mat-tixrid, l-indeboliment tal-mezzi. Wieħed mill-interessi maġġuri tas-suċċess ta' metodu bħal dan huwa probabbilment il-kapaċità li l-prioritajiet huma definiti u li l-isforzi huma kklassifikati u għalhekk li wieħed mhux biss japprezza l-effikaċja ta' l-ekoteknoloġiji iżda wkoll il-karattru aċċettabli tagħhom fuq il-pjan ekonomiku. Dan il-ħsieb bilkemm inħass fid-dokument tal-Kummissjoni. Iżda dan huwa ta' importanza prattika maġġuri, mingħajr ma wieħed jinsa li l-ħsieb ta' l-iżvilupp sostenibbli jistrieħ fuq tliet pilastri, l-iżvilupp ekonomiku, il-ħarsien ta' l-ambjent u tar-riżorsi naturali, u t-tkabbir soċjali tal-persuni. |
4.4 |
L-aspett determinanti l-ieħor għas-suċċess tal-pjan favur l-ekoteknoloġiji huwa dak ta' l-aċċess u l-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa għalxejn li wieħed jispera fi żvilupp reali ta' l-ekoteknoloġiji jekk dawn ma jistgħux isibu suq li jagħtihom spinta u li jkun kompetittiv. Issa, ħafna drabi, ekoteknoloġiji effettivi ma jistgħux jibqgħu prodotti aktar bi prezz vantaġġjuż meta mqabbel ma' teknoloġiji li ma jirrespettawx daqshekk l-ambjent, u li jingħataw sussidji, partikolarment minħabba l-ispejjeż ambjentali mhux interni, iżda wkoll minħabba li huma m'għandhomx l-għan ta' żvilupp u ta' diffużjoni li jippermettu ekonomiji ta' skala suffiċjenti biex inaqqsu l-ispejjeż. L-interess kollu huwa għalhekk li wieħed jiddefinixxi l-metodi ta' inċentivi għall-iżvilupp ta' metodi mixtieqa u approvati fuq il-pjan ambjentali u ta' ekoteknoloġiji korrispondenti (is-self, is-subvenzjonijiet, l-inċentivi fiskali) biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq, u anki l-ħolqien ta' suq. Il-KESE jenfasizza li biex wieħed jassigura l-koerenza u l-użu tajjeb tal-metodi ta' inċentivi, għandu jkun hemm forma ta' klassifikazzjoni u ta' ġerarkija: il-kapital issugrat fil-bidu, is-self l-iktar “klassiku” fil-fażi ta' żvilupp, l-inċentivi fiskali għat-tisħiħ tas-suq, eventwalment taxxi li jikkorrispondi għall-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż ekoloġiċi għat-tekniki li ma jirrispettawx l-ambjent. |
4.5 |
F'dan ir-rigward il-miżuri inċitattivi jew disważżivi, id-dispożizzjonijiet legali u regolamentorji huma neċessarji iżda ma jistgħux ma jagħtux każ tar-realtajiet ekonomiċi u soċjali. Huma ma jistgħux lanqas iwasslu li jfixklu l-interessi tal-kompetizzjoni b'mod illegali. L-ekoteknoloġiji ma jistgħux ikunu xi lussu inaċċessibbli u jew falsifikant tal-kompetizzjoni billi jiġu aċċettati prodotti u servizzi tar-reġjuni ekonomiċi li ma jkunux sottomessi għall-istess regoli. It-test tal-Kummissjoni jenfasizza sewwa dan l-aspett essenzjali. Il-komunikazzjoni u l-mobilizzazzjoni kollha possibbli tas-soċjetà ċivili u ta' l-opinjoni pubblika favur l-ekoteknoloġiji jkunu għalxejn jekk wieħed ma jagħtix każ tar-realtajiet u tal-prattiċità ekonomika. Wieħed mill-elementi ta' sostenn ta' l-opinjoni pubblika hu li wieħed m'għandux jinsa li ċ-ċittadini u l-konsumaturi huma rġiel u nisa impenjati fid-dinja tax-xogħol. Minn hemm, jekk it-teknoloġiji l-qodma għandhom jiġu abbandunati għall-raġunijiet ta' eżiġenza għall-żvilupp sostenibbli, għandu jkun hemm l-antiċipazzjoni tal-bżonnijiet u ta' l-ispejjeż għar-rikonverżjoni soċjali. |
4.6 |
Fl-aħħarnett, ta' min jenfasizza li huwa neċessarju li wieħed għandu jasal għall-koerenza globali bejn il-policies differenti mħaddna mill-Unjoni Ewropea sabiex jiġi evitat li jinsabu f'kontradizzjoni. Għalhekk, ikun għalxejn li wieħed jiddefinixxi politika għal żvilupp sostenibbli jekk din tiġi kontradetta mill-politika mħaddna mill-Unjoni Ewropea fl-istruttura ta' l-ODK jew f'dak tal-liberalizzazzjoni tas-swieq. Dan jassumi diskussjoni serja fl-ODK kif ukoll determinazzjoni ta' difiża minn prodotti u servizzi minn kwalunkwe provenzjenza li ma jillimitawx ir-riperkussjonijiet tat-teknoloġiji u tal-proċessi. |
5. Osservazzjonijiet partikolari
5.1 Introduzzjoni
5.1.1 |
Il-KESE jista' biss jaqbel ma' l-għanijiet tal-pjan ta' azzjoni u partikolarment mal-volontà ta' l-isfruttar tal-potenzjal kollu ta' l-ekoteknoloġiji biex jitjieb l-ambjent filwaqt li jiżviluppaw il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, kif inhu diġà enfasizzat fl-opinjoni preċedenti tiegħu (ara n-nota l-isfel fil-paġna nru. 1). |
5.2 Inċentivi favur l-adozzjoni ta' ekotekonoloġiji
5.2.1 |
Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta' l-inċentivi favur l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali, iżda huwa jenfasizza li dawn ma jistgħux iwasslu għal appoġġ artifiċjali ta' tekniki li ma jistgħu qatt isibu suq reali. Fuq kollox, is-suq għandu jkun immirat, permezz ta' l-użu ta' taħlita xierqa ta' tassazzjoni, sussidji, liċenzji u strumenti regolatorji, lejn l-assigurazzjoni li l-ispejjeż tat-teknoloġiji alternattivi varji jkunu kkunsidrati. |
5.2.2 |
L-almu għandu jwassal ukoll għat-titjib ta' dawn ta' l-aħħar sabiex isiru dejjem aktar konformi ma' l-esiġenzi ta' l-iżvilupp li jtul. B'mod prattiku l-immodernizzar u l-adattament tat-tagħmir industrijali u l-progress ta' teknoloġiji u ta' metodi ta' fabrikazzjoni jew tħaddim tas-servizzi diġà wassal għat-tħaddim ta' diversi ekoteknoloġiji. Dan jinvolvi wkoll forma ta' żvilupp ta' ekoteknoloġiji li jista' ma jkunx osservat iżda li hu reali |
5.3 L-għotja tar-riċerka lis-swieq
5.3.1 |
Wieħed mill-interessi maġġuri hu li r-riċerka dwar l-ekoteknoloġiji tista' ssib applikazzjonijiet konkreti. Għalhekk, huwa xieraq li l-finanzjamenti użati għar-riċerka jkunu orjentati wkoll lejn ir-riċerka applikata u jippermettu implikazzjoni qawwija ta' l-intrapriżi, partikolarment l-SMEs. Barraminhekk, wieħed irid jenfasizza li ċerti SMEs għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' l-ekoteknoloġiji. |
5.4 L-għajnuna tal-pjattaformi teknoloġiċi
5.4.1 |
Il-KESE jaħseb li l-idea li jinħolqu pjattaformi teknoloġiċi dwar l-ekoteknoloġiji promettenti hija interessanti. Li dawk involuti jinġabru flimkien u li jkun hemm kompetenzi reali madwar teknoloġija speċifika, teknoloġiji relattivi għal settur speċifiku jew l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji speċifiċi li jaslu li jsolvu problema ambjentali speċifika, huwa pass interessanti. Il-mistoqsijiet dwar il-propjetà intellettwali, il-brevetti u d-ditti se jkunu mmexxija mill-applikazzjoni ta' regoli tal-programm dwar ir-riċerka u tal-liġijiet applikabbli fis-suġġett tal-propjetà intellettwali biex ma jinqalgħux problemi partikolari. Il-KESE iqis li jekk fil-bidu, is-segretarjat huwa assigurat mill-Kummissjoni, forma ta' partenarjat pubbliku/privat għandha tiżviluppa sakemm dawn il-pjattaformi teknoloġiċi jirrispondu għall-bżonn reali u jippreżentaw interess ġenwin. |
5.5 L-evalwazzjoni u n-normalizzazzjoni ta' l-ekoteknoloġiji
5.5.1 |
Il-firxa tat-teknoloġiji ambjentali hi bbażata fuq konsiderazzjonijiet ekonomiċi iżda wkoll fuq l-effettività teknika tagħhom. Mekkaniżmu ta' validazzjoni u sistema ta' networking għall-informazzjoni dwar xi teknoloġiji importanti- kif tat parir il-Kummissjoni- ikunu ta' użu kbir kemm għall-intrapriżi kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi, speċjalment jekk ikunu jixtiequ jinkludu xi forma ta' 'valur ambjentali mill-aqwa' fil-ksib pubbliku. F'dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni dwar is-sejħa li hu għamel għall-ħolqien ta' database Ewropea. L-Aġenzija Ambjentali Ewropea tkun involuta fit-tħejjija u l-manuntenzjoni ta' din id-database, li fiha jidhru teknoloġiji ippruvati, li jiġġustifikaw l-ispejjeż u b'hekk tingħatalhom forma ta' “tikketta ta' kwalità.” (2) |
5.6 L-għanijiet tar-riżultati
5.6.1 |
Il-Kummissjoni tenfasizza li dawn l-għanijiet iridu jibbażaw fuq l-aħjar riżultati ekoloġiċi iżda jridu jkunu realistiċi mill-aspett ekonomiku u ta' l-effiċjenza soċjali. Il-KESE jaqbel fermament ma' din l-affermazzjoni u jfakkar bis-saħħa li żvilupp sostenibbli ġenwin jgħaqqad it-tħassib dwar l-ambjent mal-kompetittività ekonomika, mat-titjib kwantitattiv u kwalitattiv ta' l-impjiegi u ma' l-koeżjoni soċjali. |
5.7 L-investimenti
5.7.1 |
L-użu ta' strumenti finanzjarji u l-ħolqien ta' strumenti finanzjarji ġodda biex jinqasmu r-riskji ta' investiment fil-proġett u fis-soċjetajiet ta' l-ekoteknoloġiji, partikolarment minn fondi għar-riskju tal-kapital, hemm bżonn ta' analisti kompetenti biex japprezzaw il-prattiċità teknika u ekonomika tal-proġetti, li mingħajrhom ikun hemm ir-riskju ta' ħela bla bżonn ta' kreditu utli għal operazzjonijiet oħrajn. L-apprezzament tal-proġetti għandu jsir fuq bażi xjentifiċi u tekniċi serji u objettivi mingħajr ideat imsawra minn qabel. L-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda tista' tkun l-okkażjoni biex jimplikaw lill-komunitajiet lokali fl-iżvilupp ta' l-ekoteknoloġiji u biex jimmaġinaw partenarjati pubbliċi/privati. |
5.7.2 |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti mogħtija mill-intrapriżi biex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv ta' l-attività tagħhom jew biex dawn jitjiebu fis-sens ta' żvilupp sostenibbli, wieħed għandu jenfasizza li ħafna drabi, dawn jirrappreżentaw, partikolarment fl-industrija “tqila”, impenji finanzjarji konsiderevoli. F'dan ir-rigward, huwa aħjar li kieku wieħed jelabora strumenti ta' inċentivi fiskali biex jinkoraġixxu dan it-tip ta' investiment u, għall-kuntrarju, fiskalità mhux favorevoli għall-intrapriżi li ma jagħmlu l-ebda sforz biex itejbu l-impatt ambjentali ta' l-attività tagħhom sabiex jieħdu vantaġġ kompetittv minn produzzjoni bi prezz orħos. |
5.8 Is-swieq pubbliċi
5.8.1 |
L-idea tal-promozzjoni ta' l-ekoteknoloġiji mhix xi waħda ġdida. Din għandha tkun apprezzata mill-aspett tal-fiduċja fl-ekoteknoloġiji u tal-limiti tal-finanzi pubbliċi. Din tista' tkun l-okkażjoni biex tizviluppa l-prassi tas-sejħa għall-offerti fuq ir-riżultati. Ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, ma jistax ikun mekkaniżmu li jwassal għall-kuxjenza nadifa. |
5.9 L-appoġġ tas-soċjetà ċivili
5.9.1 |
Kull ġenerazzjoni tagħti kont tas-soċjetà li hija tiret lill-ulieda. In-nies tal-lum qed jindunaw iktar u iktar li huma responsabbli għall-ambjent li se jirtu lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Il-promozzjoni ta' l-ekoteknoloġiji titlob pedagoġija u sforz għall-informazzjoni li, biex ikunu effikaċi jridu jkunu realitiċi, jenfasizzaw il-vantaġġi, u jkunu faċilment jiftiehmu u aċċessibbli. Dan jimplika l-organizzazzjoni ta' djalogu ġenwin mal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini u l-mobilizzazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali li għandhom ħafna drabi responsabbiltà fil-qasam ambjentali. |
5.10 L-azzjoni fuq livell dinji
5.10.1 |
Ix-xewqa tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni globali hi ta' min ifaħħarha. Il-KESE tinnota fi fil-każ ta' ħafna mill-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw l-interessi prinċipali huma t-tkabbir ekonomiku u l-ġlieda kontra l-faqar. Barra minn hekk, il-kapaċitajiet finanzjarji ta' dawn il-pajjiżi huma żgħar. B'hekk il-Kumitat jaħseb li għajnuna effettiva għandha tkun ibbażata aktar fuq it-trasferiment ta' teknoloġiji “intermedjarji” sempliċi u li ma jiswewx ħafna flus, li diġà juru titjib fuq is-sitwazzjoni preżenti u mhux neċessarjament ikollhom kapaċità inferjuri għal soluzzjonijiet aktar kumplessi u li jiswew aktar flus Wieħed għandu jinnota li, fil-każ ta' soluzzjonijiet anqas kumplessi, dawk li jirċievu t-teknoloġiji se jħabbtu wiċċhom ma' anqas spejjeż relatati mad-drittjiet ta' propjetà intellettwali u liċenzji. |
5.10.2 |
Il-KESE jaħseb li jkun interessanti għall-UE li tieħu sehem fl-azzjoni meħuda taħt l-awspiċju ta' l-UNITAR (3) biex tippromwovi l-urbanizzazjoni sostenibbli f'pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw u li għandhom ekonomija transitorja. Hu jinnota li f'dan il-kuntest infetħu ċentri ta' riċerka, studju u taħriġ f'Kuala Lumpur (Malasja), Curitiba (Brażil) u Ouagadougou (Burkina Faso). UNITAR qiegħda tħejji wkoll attivitajiet fl-Ewropa Ċentrali. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni wkoll dwar ir-rakkomandazzjoni tiegħu li 'ċentri ta' taħriġ indipendenti ta' teknoloġiji adattati' għandhom jinħolqu fl-Istati Membri ġodda (4). Tali ċentri jistgħu jorganizzaw it-trasferiment meħtieġ ta' l-esperti u jipprovdu pariri kemm lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet lokali kif ukoll lil entitajiet tas-soċjetà ċivili, u mhux bil-fors għandhom ikunu ristretti għall-Istati Membri l-ġodda. |
5.11 Nimxu 'l quddiem
5.11.1 |
Il-KESE iqis li fost l-inizzjattivi proposti, l-iskambji ta' informazzjoni dwar prattika tajba u l-indikaturi ta' paragun ta' dawn, huma l-iktar interessanti. Ir-rapport biannwali għall-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament, jekk ma jkunx wisq konkret u sintetiku, ikun hemm ir-riskju li jitqies bħala rapport ieħor fost l-oħrajn. Rigward il-Kumitat Ewropew għat-teknoloġiji, it-terminu kumitat donnu magħżul ħażin minħabba li huwa mhuwiex kumitat normali fis-sens tal-kelma, iżda huwa forma ta' forum li jiġbor xjenzjati, tekniċi, industrijali, imprendituri, NGOs eċċ. Iżda wieħed jista' jsaqqsi jekk ix-xogħlijiet mogħtija lil dan ma jistgħux ikunu mwettqa mid-DĠ Ambjent u d-DĠ Riċerka mingħajr ma tinħoloq struttura oħra li l-effikaċja tagħha tkun dubjuża jekk din tkun ripettitiva. |
5.11.2 |
Fl-ispirtu ta' “nimxu 'l quddiem”, il-KESE fl-opinjoni preċedenti tiegħu ippropona “medjatur ambjentali” li jkollu r-responsabbiltà li jiġbed l-attenzjoni għall-ostakli għall-iżvilupp ta' l-ekoteknoloġiji pprovokati mir-regolamenti fis-seħħ. |
6. Konklużjonijiet
6.1 |
Il-KESE jagħraf l-interess tal-metodu tal-Kummissjoni għall-elaborazzjoni tal-pjan ta' azzjoni favur l-ekoteknoloġiji, li wassal għal konsultazzjoni wiesa'. B'mod ġenerali, dan it-tip ta' dokument mhux normattiv għandu l-interess li jagħmel il-punt fil-kwistjoni billi jibqa' fl-istruttura ta' proċedura flessibbli u li jistipula orjentazzjonijiet ġenerali. |
6.2 |
Il-KESE jikkunsidra li l-iżvilupp konkret ta' l-ekoteknoloġiji jrid jgħaddi bilfors minn għażla, minn ġerarkija ta' għażliet u minn klassifikazzjoni ta' finanzjamenti li huma limitati u li jridu jintużaw għal raġunijiet tajbin. Il-fakultà li wieħed iwettaq għażliet pertinenti se tikkundizzjona s-suċċess ta' l-istrateġija Ewropea f'dan il-qasam. Din titlob metodu ta' azzjoni realistiku u konkret. |
6.3 |
Huwa jinsisti fuq l-importanza ta' sistema ta' valutazzjoni ta' l-effikaċja ta' l-ekoteknoloġiji u t-tixrid ta' fatti disponibbli dwar dawn. Hija waħda mill-kundizzjonijiet tat-tixrid ta' l-ekoteknoloġiji u ta' l-implimentazzjoni tagħhom mill-intrapriżi u mill-komunitajiet pubbliċi. |
6.4 |
Fl-aħħarnett, il-kwistjoni kollha ma tinsabx fit-twaqqif ta' l-ekoteknoloġiji li huwa raġonevoli li jiġu żviluppati fil-funzjoni ta' l-effikaċja tagħhom, fil-kundizzjonijiet tas-suq, fl-urġenzi ambjentali, fis-sitwazzjoni tax-xogħol fuq il-pjan kwantitattiv u kwalitattiv, fuq il-livell ta' għajxien u ta' l-iżvilupp. Hija mistoqsija ta' dixxerniment u ta' kompetenza xjentifika, teknika, ekonomika u soċjali li l-Unjoni jrid ikollha l-kontroll tagħhom jekk hi trid tippromwovi l-ekoteknoloġiji b'mod effikaċi. |
Brussel, it-2 ta' Ġunju 2004.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Roger BRIESCH
(1) Ara l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni : Elaborazzjoni ta' pjan ta' azzjoni favur l-ekoteknoloġija”, COM(2003) 131, ĠU C 32 tal-5.2.2004, pp. 39-44, (KESE 1390/03).
(2) Ara l-opinjoni ta' inizjattiva tal-KESE dwar “Realtajiet u perspettivi għat-teknoloġiji ambjentali adottati fil-pajjiżi kandidati” (CESE 523/2004)
(3) Istitut għat-Taħriġ u r-Riċerka tan-Nazzjonijiet Uniti.
(4) Ara n-nota numru 2 ta' qiegħ il-paġna