This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004IE0968
Opinion of the European Economic and Social Committee on ‘European Metropolitan Areas: socio-economic implications for Europe's future’
Opijnoni dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”
Opijnoni dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”
ĠU C 302, 7.12.2004, p. 101–108
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
7.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 302/101 |
Opijnoni dwar “Iż-żoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa”
(2004/C 302/20)
Fil-15 ta' Lulju 2003, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 29, paragrafu 2, tar-Regolament Intern tiegħu, li jħejji opinjoni dwar it-tema: “Iz-zoni metropolitani: implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-futur ta' l-Ewropa ”.
Is-sezzjoni speċjalizzata “Unjoni ekonomika u monetarja, koeżjoni ekonomika u soċjali ”, mitluba tħejji x-xogħlijiet tal-Kumitat f'dan is-suġġett, ressqet l-opinjoni tagħha fit-8 ta' Ġunju 2004 (rapporteur:Is-Sur van IERSEL).
Matul is-sessjoni plenarja numru 410 tat-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2004 (sessjoni ta' l-1 ta' Lulju…) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni ta' inizjattiva b'129 vot favur u 2 astensjonijiet.
1. Sommarju
1.1 |
Fil-qafas tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni Ewropea, il-KESE jiġbed l-attenzjoni, f'din l-opinjoni, dwar l-importanza taz-zoni metropolitani fl-Ewropa. |
1.2 |
Il-kapaċità ekonomika kif ukoll demografika taz-zoni metropolitani hi konsiderevoli. Huma jħabbtu wiċċhom ma' sfidi kbar. S'issa, dan is-suġġett ma qajjem l-ebda interess konkret minn naħa ta' l-Unjoni jew ta' l-istituzzjonijiet tagħha. |
1.3 |
Il-KESE jitlob sabiex l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u li jtul tal-metropoli Ewropej jidher dejjem fl-aġenda komunitarja. Għal dan l-għan, l-eżistenza ta' informazzjoni Ewropea, it-twettiq ta' skambju ta' informazzjoni permezz ta' Eurostat kif ukoll attenzjoni apposta minn naħa tal-Kummissjoni joħolqu kondizzjonijiet inkotrastabbli. |
1.4 |
Hu fl-interess ta' l-UE li ssir diskussjoni fuq skala Ewropea dwar is-suġġett, matul id-dibattiti nazzjonali dwar l-immaniġġjar taz-zoni metropolitani fil-futur, u qabel janalizza u jgħid li forsti tista' tkun dik bl-akbar valur għall-Unjoni. Barra minn hekk, il-KESE jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari dwar ir-rabta diretta li teżisti bejn ir-rwol tal-metropoli Ewropej u l-istrateġija ta' Lisbona. Jekk l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' Lisbona jirnexxux jew le jiddependi ħafna mill-mod li bih dawn se jkunu konkretizzati fiz-zoni metropolitani. |
1.5 |
Għal din ir-raġuni, il-KESE fl-aħħar jitlob li, flimkien mal-ħolqien ta' forum ta' laqgħat bejn iz-zoni metropolitani u l-Kummissjoni, din il-kwistjoni tidher ukoll fi ħdan il-Kunsill “Kompettività ” u fi ħdan il-Kunsill informali dwar l-immaniġġjar tat-terrirorju u l-kwistjonijiet urbani. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Id-dinja qed tinbidel b'mod mgħaġġel. Kullimkien, il-bniedem qed ikollu jiffaċċja żviluppi ekonomiċi, teknoloġiċi u soċjali ġodda li għandhom mhux biss konsegwenzi ta' importanza konsiderevoli fuq l-industrija, is-servizzi u s-suq tax-xogħol, iżda wkoll fuq it-territorju u s-soċjetà u, bħala konsegwenza, fuq il-mod kif jiġu gvernati l-Istati u r-reġjuni. |
2.2 |
F'din l-opinjoni, il-KESE qed jinteressa ruħu partikularment fiż-żoni metropolitani, biex jistudja l-agglomerazzjonijiet il-kbar u iż-żoni ta' influwenza ekonomika tagħhom, dan qed isir għal tliet raġunijiet prinċipali: huma jinsabu fiċ-ċentru ta' dawn l-iżviluppi mgħaġġlin; huma jikkontribwixxu b'mod qawwi fl-istrateġija Ewropea ta' żvilupp; fl-aħħar, huma s-sieħba ta' numru kbir ieħor ta' ċentri ta' eċċellenza u li huma ta' daqs iżgħar mill-Unjoni Ewropea. |
2.3 |
Żona metropolitana hija fformata minn nukleu ċentrali, minn belt iżolata jew agglomerazzjoni urbana, minn periferija, jew minn grupp ta' lokalitajiet kontigwi li parti importanti tar-residenti attivi tagħhom imorru kuljum jaħdmu fin-nukleu ċentrali. Il-kunċett ta' żona metropolitana huwa għalhekk qrib ta' dawk imsejħa fonti ta' xogħol jew ta' reġjun urban funzjonali (1). Huwa jikkonsidra l-eżistenza ta' żoni periferali polarizzati b'mod intensiv permezz ta' ċentru li l-iżvilupp tagħhom hu marbut ma' l-evoluzzjoni tiegħu. Iż-żoni metropolitani jiġġebbdu biex b'hekk jinkludu distanzi ta' ħin li jkunu jistgħu jintlaħqu wara siegħa ta' vjaġġar. Huma jinkludu spazju urban u spazju rurali. |
2.4 |
Il-nukleu ċentrali għandu jinkludi numru minimu ta' abitanti (2), jew ta' ħaddiema, biex b'hekk ikun magħruf bħala ċentru ta' żona metropolitana. L-istess skaluna bażika minima ta' intensità ta' migrazzjoni bejn id-dar u x-xogħol bejn lokalità tal-periferija u n-nukleu ċentrali hija meħtieġa sabiex il-periferija tkun ikkunsidrata ġewwa ż-żona metropolitana (3). Fil-prattika, dawn il-minimi kienu stabbiliti b'mod arbitrarju u huma, konsegwentament, ta' importanza varjabbli. L-assenza ta' armonizzazzjoni fid-definizzjonijiet jew fuq livell Ewropew tillimita l-paraguni internazzjonali. |
2.5 |
Matul l-aħħar għaxar snin deher tip ġdid ta' zoni metropolitani. Meta ħafna zoni jaħdmu bħala network u l-fonti ta' xogħol tagħhom ikunu mħabbla f'xulxin, huma jifformaw grupp ta' żoni metropolitani poliċentriċi. Dan hu, per eżempju, il-każ tar-Randstad, 7 miljuni abitanti, u tar-reġjun tar-Rhin-Ruhr, 11-il miljun abitant, ir-reġjun Vienna-Bratislava, 4,6 miljun abitant, ir-reġjun Oresund, 2.5 miljun abitant, ir-reġjun ta' Lille, 1.9 miljun abitant (4). |
2.6 |
Skond l-importanza tal-funzjonijiet tagħhom, iż-żoni metropolitani għandhom influwenza reġjonali, nazzjonali, Ewropea u dinjija. Ġie kkalkulat li jeżistu fl-Unjoni Ewropea mkabbra madwar 50 żona metropolitana ta' aktar minn miljun abitant. |
2.7 |
Hu importanti li wieħed jinnota li ż-żoni metropolitani li huma s-suġġett ta' din l-opinjoni jinkludu territorji u realtajiet soċjo-ekonomiċi li ma jikkorrespondux ma' l-entitajiet amministrattivi reġjonali Ewropej tas-sistema li tiġbor flimkien “ir-reġjuni” tan-NUTS (Nomenklatura ta' l-Unitajiet Territorjali Statistiċi) għal-finijiet uffiċjali minn EUROSTAT u mill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-kunċett ta' reġjun amministrattiv fl-Ewropa hu partikularment ambigwu. Ħlief f'eċċezzjonijiet rari, il-limiti ġeografiċi ta' dawn ir-reġjuni huma jew aktar wesgħin jew aktar dojoq minn dawk taż-żoni metropolitani (5). Per eżempju, it-territorju tar-reġjuni amministrattivi mhumiex rilevanti biex tiġi analizata u mqabbla l-evoluzzjoni soċjo-ekonomika tal-metropolijiet fuq livell Ewropew. |
2.8 |
Fi Frar 2004, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-Tielet Rapport dwar il-koeżjoni. Hu jiftaħ perspettivi ġodda fl-ambjent tad-dibattitu dwar il-politika reġjonali u l-progress ekonomiku. Dan japplika wkoll f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp tat-territorju u l-iżvilupp urban. Fil-futur, it-Tielet Rapport għandu jikkjarifika r-rabta bejn il-politika reġjonali u l-istrateġija ta' Lisbona. Maġenb il-politika ta' koeżjoni, il-politika ta' kompetittività ssir it-tielet pilastru tal-politika reġjonali. F'dan ir-rigward it-Tielet Rapport jenfasizza b'mod partikulari ir-rwol ta' l-ibliet u ta' l-agglomerazzjonijiet il-kbar. |
2.9 |
Attitudnijiet u ideat ġodda qed jiġu esssenzjalment mill-globalizzazzjoni, mit-twaqqif ta' suq uniku (li jinkludi wkoll l-Istati membri ġodda) u mill-Istrateġija ta' Lisbona. Ċertament, għaż-żoni metropolitani mhix kwistjoni biss ta' politika reġjonali, iżda wkoll ta' politika industrijali, ta' żvilupp, ta' trasport, tan-networks Ewropej, ta' l-iżvilupp għal tul ta' żmien u tal-kwalità tal-ħajja. |
2.10 |
L-attenzjoni li dejjem qed tikber hi mmirata lejn “twelid mill-ġdid urban” li hu fenominu li wieħed jista' josserva fid-dinja kollha. Dan hu suġġett fuq l-aġenda tal-maġġoranza tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni. |
2.11 |
Is-sitwazzjoni taż-żoni metropolitani u l-kwistjoni tat-tmexxija tagħhom qatt ma kienu s-suġġett ta' eżami profond fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, huma qatt ma kienu l-objettiv speċifiku ta' policies komunitarji. Il- KESE jikkalkula li wasal il-mument li ssir analiżi profonda biex jiġi eżaminat l-aħjar mod kif tmexxija reġjonali tajba min-naħa tal-parteċipanti kollha kkonċernati f'dawn it-territorji tista' tkun ta' benefiċċju għall-popolazzjoni u għall-Unjoni Ewropea fit-totalità tagħha. Eżami tas-sitwazzjoni taż-żoni metropolitani ma jistax ikun ta' vantaġġ jekk ikun ibbażat fuq fatti kwantitattivi dgħajfin u li mhumiex komparabbli fuq livell Ewropew. Attwalment, dawn ta' l-aħħar, b'mod ġenerali wiesà, huma neqsin. Bħala konsegwenza, il-KESE jikkalkula li l-Unjoni Ewropea għandha tara li dawn jiġu pproduċuti. |
3. Lokalizzazzjoni taż-żoni metropolitani
3.1 |
Aktar minn tliet kwarti tal-popolazzjoni Ewropea tgħix f'żona urbana jew fis-subborg. Jeżisti rbit dirett bejn l-istrateġija ta' Lisbona u ż-żoni metropolitani. Parti importanti tal-fatturi li jinvolvu l-kompetittività futura ta' l-Ewopa tinstab f'dawn iż-żoni. L-ibliet metropolitani jxerrdu lejn l-ibliet Ewropej l-oħra l-innovazzjoni u l-informazzjoni. Il-prosperità taż-żoni metroplitani hija kondizzjoni neċessarja għas-soluzzjoni tal-problemi ta' koeżjoni soċjali u territorjali li jolqtu lit-territorju tagħhom u l-ibliet jew ir-regjuni l-oħra Ewropej. |
3.2 |
Iż-żoni metropolitani, fl-Ewropa bħal kullimkien fid-dinja, qed jiffaċċjaw sfidi kbar: il-globalizazzjoni, marbuta mal-proċess ta' integrazzjoni tas-swieq internazzjonali tal-propjetà, tas-servizzi, tal-kapitali, ta' l-għerf tas-sengħa (know-how) u tax-xogħol ta' snajja' speċjalizzati u mhux, li qed iġibu bidla mgħaġġla fis-sistema produttiva tagħhom; l-iżvilupp għal tul ta' żmien li jimponi mmaniġġar għaqli tar-riżorsi naturali; il-koeżjoni soċjali, il-kwalità tal-ħajja kif ukoll il-koeżjoni territorjali. |
3.2.1 |
F'ħafna każijiet l-ibliet u l-metropolijiet qed jadattaw b'suċċess l-istruttura ekonomika, soċjali u istituzzjonali tagħhom. Hu l-każ tar-reġjuni urbani b'saħħithom, li huma nuklei ta' networks nazzjonali u internazzjonali ta' kommunikazzjoni, moqdijin bil-mezzi kollha ta' trasport veloċi u permezz ta' networks ta' telekommunikazzjoni b'output kbir, u li l-ekonomija tagħhom ilha tiddependi għal ħafna żmien fuq attivatijiet diversifikati, notevolment fuq attivitatijiet ta' servizzi ta' livell għoli għall-persuni u għall-intrapriżi. Reġjuni tributarji ta' l-industriji tradizzjonali, li kienu inizjalment fi kriżi, huma wkoll eżempju eċċellenti ta' din l-evoluzzjoni. Lille, Barċellona u Bilboa juru dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni. |
3.2.2 |
Fl-għaxar pajjiżi ġodda ta' l-Unjoni Ewropea qegħdin għaddejjin proċessi simili. Dan hu l-każ notevolment taż-żoni metropolitani ta' Varsavja, Praga u Budapest. |
3.3 |
Għal snin sħaħ, il-politika reġjonali komunitarja kellha bħala skop l-objettiv li ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' żvilupp, ta' xogħol u ta' kompetittività tar-reġjuni lanqas żviluppati. Programmi speċifiċi kienu maħluqa b'dan l-iskop u sistema elaborata ta' tqassim ta' riżorsi finanzjarji kienet applikata. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, ir-reġjuni kkonċernati għamlu progress fil-livell ekonomiku tagħhom, kultant b'mod importanti, bis-saħħa ta' dawn il-policies komunitarji. |
3.4 |
Bħala konsegwenza, l-evalwazzjoni tar-reġjuni fl-Ewropa tillimita lilha nfisha għal analiżi tar-reġjuni li bbenefikaw mill-fondi strutturali. |
3.5 |
L-evoluzzjonijiet ekonomiċi u soċjali, relattivament favorevoli u mhux, tar-reġjuni l-oħra ma jistgħux ikunu injorati. Il-KESE jikkalkula neċessarju li huma jkunu wkoll l-għan ta' analiżi profonda fuq livell Ewropew. Din l-analiżi hija mixtieqa li ssir billi wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diskussjoni dwar it-Tielet Rapport dwar il-koeżjoni reġjonali li jimmira li jinfetħu toroq ġodda. Hija tista' wkoll tiffaċilita l-komprensjoni tagħha ta' l-evoluzzjonijiet ekonomiċi attwali u ta' l-effetti tagħhom fuq l-adattament tas-soċjetajiet u l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Fl-aħħar, analiżi simili tista' tippermetti sabiex jiġu appoġġati b'mod adekwat ċertu żviluppi u bżonnijiet reġjonali, fosthom dawk taż-żoni metropolitani. |
3.6 |
Hu importanti li jkun hawn kullimkien – fil-pajjiżi ċentralizzati kif ukoll fil-pajjiżi deċentralizzati – dibattitu għaddej dwar ekwilibriju ġdid mixtieq bejn ċentralizzazzjoni u deċentralizzazzjoni. L-awtoritajiet pubbliċi jeżaminaw minn fuq għal isfel kif ukoll minn taħt għal fuq il-mogħdijiet ġodda. Evidentament, dawn il-proċessi huma spiss diffiċli li jitħaddmu, minħabba t-tradizzjonijiet ta' tmexxija u ta' interessi stabbiliti fil-fond, fir-reġjuni kkonċernati. Minkejja d-diffikultajiet minn naħa għal oħra, hemm xorta waħda tendenza li ma tistax tiġi miċħuda li qed jinħass il-bżonn ta' mmaniġġar integrat taż-żoni metropolitani għall-ġid u l-prosperità taċ-ċittadini u ta' l-intrapriżi. |
3.7 |
Fost iż-żoni metropolitani Ewropej, wieħed jista' faċilment jiddistingwi bosta kategoriji. Hemm fuq naħa, il-metropolijiet il-kbar, bħalma huma Londra, Pariġi, Rhin-Ruhr, ir-Randstad u Madrid b'popolazzjoni li taqbeż il-5 miljun abitant, u fuq in-naħa l-oħra ċertu numru ta' żoni metropolitani anqas importanti, iżda kultant prosperi u b'talenti ta' potenzjal b'saħħtu ta' żvilupp, u ta' ambizzjoni kbira. Dan huwa l-każ ta' dawk li jdawru l-ibliet kapitali u iċ-ċentri kbar ekonomiċi fil-kważi-totalità ta' l-istati membri. |
3.8 |
Kif għidna, wħud minn dawn iċ-ċentri ekonomiċi kienu qabel żoni li kienu qed jitilfu l-importanza tagħhom. Huma jafu t-tiġdid tagħhom bis-saħħa ta' l-isforzi komuni tal-parteċipanti privati u pubbliċi fir-reġjun. Hu tajjeb li wieħed iżid jgħid li ż-żoni metropolitani ta' l-Istati ġodda jinsabu f'fażi ta' transizzjoni u huma qed joħolqu l-vantaġġi komparattivi tagħhom sabiex isiru kompetittivi fis-swieq internazzjonali. |
3.9 |
Numru dejjem jiżdied ta' dawn iż-żoni qed juri lilu nnifsu fuq livell Ewropew. Mill-2003, ċirku taż-Żoni Metropolitani Ġermaniżi organizza lilu nnifsu fi proġett imsejjaħ “Reġjuni tal-futur”. Fl-2003, il-gvern Brittaniku stieden lir-reġjuni kkonċernati biex jiddefinixxu l-istrateġiji tagħhom biex jiżviluppaw reġjuni kompetittivi internazzjonali. Il-gvern Daniż jappoġġa minn qiegħ qalbu l-inizjattiva ta' kooperazzjoni spettakolari li għaddejja bħalissa bejn il-fruntieri ta' l-ibliet ta' Copenhagen u ta' Malmo (Svezja) sabiex jifformaw ċentru ekonomiku kbir fil-Baltiku. Fl-Olanda, fenomenu xi ftit jew wisq reċenti hija l-promozzjoni tar-Randstad bħala żona metropolitana ta' firxa kbira internazzjonali. Fi Spanja, il-programm ta' l-immaniġġar ta' Barċellona u ta' Bilboa huwa espressjoni ta' l-istess ambizzjoni. Eżempji oħra bħal dawn jistgħu wkoll jiġu mogħtija. |
3.10 |
Fl-Istati Membri, ir-reġjonalizzazzjoni qed iżernaq gradatament, din qed tħalli u turi konsegwenzi fuq l-organizzazzjoni tat-tmexxija fiż-żoni metropolitani u fuq il-kapaċità ta' dawn ta' l-aħħar li jmexxu l-iżvilupp ekonomiku. Fl-istess waqt, ċertu gvernijiet għandhom rwol attiv f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku ta' l-ibliet il-kbar. Eżempju li juri dan hija l-inizjattiva tal-gvern Brittaniku meta ħoloq grupp ta' ħidma li jiġbor fih 8 ibliet- ċentri prinċipali jew “Core Cities”, 9 aġenziji reġjonali ta' żvilupp u bosta servizzi ministerjali sabiex jiddefinixxu programm ta' miżuri bl-iskop li jtejbu l-ħidmiet ekonomiċi tal-metropolijiet u bħala konsegwenza l-kompetittività tal- pajjiż (6). Fi Franza, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-ibliet Ewropej (7) il-gvern iddefinixxa strateġija nazzjonali maħsuba biex issaħħaħ il-firxa tal-metropoli Franċiżi fuq livell Ewropew (8). |
3.11 |
L-istorja reċenti turi b'mod ċar li qegħdin ngħixu f'perijodu fejn qed iżernaq attitudni ġdida rigward l-iżvilupp tar-reġjuni l-kbar urbani. Strutturi ta' konsultazzjoni f'dan ir-rigward, meta jkun hemm, ma jeżistux ħlief fuq livell nazzjonali. Fuq linja parallela ta' konsultazzjoni ma' l-isttrutturi ta' konsultazzjoni nazzjonali, hemm inizjattivi għaddejjin sabiex jinkoraġġixxu pjattaformi Ewropej fejn il-parteċipanti ta' l-iżvilupp urban jiltaqgħu. Per eżempju, Ewrobliet (Eurocities), prinċipalment madwar it-tema ta' soċjetà ta' tagħrif u aktar reċenti, METRIX (The Network of European Metropolitan Regions and Areas). Iżda fit-totalità tagħhom il-kuntatti u l-iskontri huma organizzati kif ġie ġie. Fl-istess waqt wieħed jinnota wkoll li teżisti klima propizja għall-inizjattivi aktar strutturati. |
4. Id-dinamiċi li għaddejjin bħalissa
4.1 |
Il-metropolizzazzjoni tikkaratterizza lilha nfisha bil-multiplikazzjoni ta' agglomerazzjonijiet kbar u b'konċentrazzjoni li kulma tmur dejjem tikber fi ħdanhom tal-popolazzjonijiet, ta' l-attivitajiet u tal-ħolqien tal-prosperità, fi spazju ġeografiku li qed jikber u li l-kontorni tiegħu mhumiex preċiżi. Dan it-tkabbir huwa spiss akkompanjat bi frammentazzjoni soċjali u spazjali (segregazzjoni soċjali, speċjalizzazzjoni spazjali, kriminalità u nuqqas ta' sigurtà). Il-metropoli, kontrarjament għall-belt, ma għandhiex istituzzjoni politika. Is-soluzzjoni tal-problemi li trid tiffaċċja għandha tintlaħaq permezz ta' negozjati kotrana bejn il-parteċipanti. Il-frammentazzjoni spazjali tista' tnaqqas il-pass u tfixkel l-investimenti pubbliċi u privati. Politika reġjonali għandha jkollha bħala għan li tnaqqas din il-frammentazzjoni spazjali, billi tirrikonċilja t-tmexxija taż-żoni metropolitani, mad-dinamiċi li huma għaddejjin, u li huma ta' ġid. Eżempju pożittiv f'dan il-qasam huma ż-żoni ta' Barċellona u ta' Stuttgart. Huma jagħtu prova li s-soċjetà ċivili wkoll għandha rwol importanti. |
4.2 |
Il-proċess tal-globalizzazzjoni: ir-reġjuni urbani Ewropej huma strutturati permezz ta' proċessi u dinamiċi li jitqiesu aktar u aktar fuq livell globali. L-ibliet il-kbar Ewropej huma n-nukleu ta' qafas dinji ta' metropolijiet f'evoluzzjoni permanenti. New York, Londra, Tokyo, Hong Kong iżda wkoll Frankfurt, Pariġi, u ir-Randstad, Brussel, Milan jew Madrid, għandhom rwol kbir. Dawn il- metropolijiet “jippilotaw” l-ekonomija mondjali permezz ta' l-istituzzjonijiet internazzjonali, il-banek, l-intrapriżi internazzjonali li stabbilixxu fihom l-funzjonijiet ċentrali ta' tmexxija tagħhom u ta' kontroll, u bis-saħħa tat-teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni. Fis-snin kollha li ġejjin, il-metropolijiet principali Asjatiċi ħa jkunu jagħmlu parti minn dan il-qafas dinji. |
4.3 |
Il-proċess ta' Ewropizzazzjoni: il-proċess interattiv ta' adattament tal-policies ekonomiċ, soċjali, ambjentali u ta' maniġġar tat-territorji għall-integrazzjoni u għat-tkabbir ta' l-Ewropa. L-implimentazzjoni ta' suq wieħed, li għadha sejra, l-użu ta' l-ewro u t-tkabbir se jkomplu jikkontribwixxu għal żmien twil u b'mod b'saħħtu għall-fenomenu ta' integrazzjoni u ta' tifrix ta' attività ekonomika fit-territorju Ewropew. Aktar ma jitneħħew l-fruntieri nazzjonali, aktar tiżviluppa tendenza naturali għar-rinforzament tal-poli ekonomiċi fuq skala kontinentali. L-organizzazzjoni progressiva ta' poli interreġjonali u, fejn hemm bżonn, bejn il-fruntieri (Copenhagen-Malmo,Limbourg Belġju-Aix-la-Chapelle, metropoli ta' Lille fi Franza u l-Belġju) turi li l-iżvilupp ekonomiku jinjora aktar u aktar il-fruntieri politiċi u amministrattivi, werrieta ta' l-istorja u spiss artifiċjali. |
4.4 |
Iż-żoni metropolitani huma l-lokalitajiet prinċipali ta' riċerka, ta' innovazzjoni u ta' kreazzjoni ta' attivitajiet ta' valur għoli miżjud, notevolment is-servizzi għall-intrapriżi. It-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni għandhom rwol primodjali. Id-dinamiċi ekonomiċi jimmaterjalizzaw prinċipalment fir-reġjuni metropolitani li huma prinċipalment privileġġjati għall-innovazzjoni, f'soċjetà ta' tagħrif u ta' formazzjoni. |
4.5 |
Dawn iż-żoni huma marbuta permezz ta' kull xorta ta' networks fiżiċi u virtwali, f'termini ta' volum u ta' importanza ekonomika fir-reġjuni differenti. Dan il-proċess qed jitwessa' u jintensifika ruħu. Il-politika Ewropea dwar it-trasport (Transport European Networks) tiffavorixxi b'mod ġust dawn in-networks kif ukoll il-liberalizzazzjoni tas-settur ta' l-avjazzjoni. |
4.6 |
L-istrateġija ta' Lisbona, favur il-kompetittività ekonomika bbażata fuq il-tagħrif u li żżomm quddiemha l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp għal tul ta' żmien, għandha importanza partikulari. It-tħaddiem tagħha jista' joħloq missjoni ġdida għaż-żoni metropolitani. |
4.7 |
Din il-missjoni ġdida hija minn naħa maħluqha mill-importanza li dejjem qed tiżdied tan-networks fis-soċjetà, li qed jibdlu l-pedamenti tal-prosperità, jattiraw investimenti ġodda fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ u tas-suq tax-xogħol inġenerali. Fl-istess waqt l-interess reċenti fl-ibliet u fiż-żoni metropolitani hu marbut mat-teknoloġiji applikati ġodda, u b'mod partikulari t-TIK [TIC] (Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni),u n-networks ta' l-internet bi ħlas għoli li għandhom impatt konsidervoli fuq il-ħajja taċ-ċittadini u fuq l-intrapriżi. It-TIK qiegħdin jinfluwenzaw b'mod wiesa' l-istrutturi tal-produzzjoni u tas-servizzi u, bħala konsegwenza, huma qed jinfluwenzaw l-immaniġġar ta' territorji u ta' l-evoluzzjoni ta' l-ibliet u taż-żoni metropolitani. |
4.8 |
L-internazzjonalizzazzjoni ta' l-investimenti, il-mobilità ta' l-imħuħ u l-interattività bejn l-universitajiet, l-istituti tat-teknoloġija u s-settur privat jistgħu jinkoraġġixxu clusters ekonomiċi, il-famuż “Porter Diamond”. Dawn huma bażi importanti ħafna tan-“network society” li fiha ż-żoni metropolitani għandhom rwol primordjali. |
4.9 |
Iż-żoni metropolitani huma wkoll poli kulturali, turistiċi u ta' mogħdija taż-żmien. Il-patrimonju monumentali huwa element kbir fl-istorja u fl-identità tagħhom. L-universitajiet, il-libreriji, il-mużewijiet, it-teatri, is-swali operistiċi, is-swali tal-kunċerti, huma postijiet privileġġjati ta' konservazzjoni u ta' tifrix tal-kultura. Huwa wkoll fil-metropoli li jseħħu l-iskontri sportivi prinċipali u l-kunċerti mużikali fejn jinġabru l-folol. |
4.10 |
Il-kosmopolitaniżmu tal-metropolijiet huwa element importanti ħafna għall-iżvilupp ta' l-industrija tal-media. L-industrija tal-media (il-gazzetti, il-films, il-videos, il-pubbliċità, it-telekomunikazzjoni) u b'mod aktar ġenerali l-industriji tal-kreazzjoni huma wkoll settur ta' attivita' li għaddejja biż-żvilupp sħiħ. |
4.11 |
Parteċipanti u gruppi soċjo-ekonomiċi u organizzazzjonijiet kulturali qed jingħaqdu flimkien biex joħolqu mill-ġdid proċess ta' integrazzjoni u ta' parteċipazzjoni. Maġenb l-azzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili għandha rwol importanti fid-dinamiku urban. F'bosta każi, is-suċċess ta' żona metropolitana huwa b'mod wiesa' minħabba l-kooperazzjoni u l-interazzjoni li teżisti bejn ambjenti pubbliċi u privati. |
4.12 |
Din il-kooperazzjoni u l-interazzjoni ta' ambjenti pubbliċi u privati hija deċiziva fil-kuntest ta' żoni metropolitani. L-esperjenza turi li dawn jistgħu jseħħu b'mod aktar faċli u aktar vantaġġjuż fuq livell ta' ġabriet kbar ta' territorji milli fuq livell nazzjonali. Fil-livell ta' żona metropolitana huma fil- prinċipju l-livell adattat biex jiġu definiti mal-parteċipanti kollha kkonċernati l-objettivi ta' l-immaniġġar ta' reġjun urban u tat-tħaddim tal-mezzi neċessarji biex dawn jiġu milħuqa. |
4.13 |
Kontrarjament għat-tendenza osservata fl-Istati Uniti, l-ibliet Ewropej illum qed jiżviluppaw fl-istess waqt bħala belt u bħala agglomerazzjoni. Iċ-ċentri ta' l-ibliet għandhom dejjem il-funzjoni ta' nukleu ta' attività u l-post ta' fejn dawn jiltaqgħu. Il-metropolijiet għandhom wkoll rwol kruċjali fir-rinforzament ta' mudell ta' soċjetà Ewropea. |
4.14 |
L-ekonomija Ewropea tinstab f'fażi importanti ta' transizzjoni flimkien mal-proċess ta' tkabbir u ta' integrazzjoni ta' suq uniku. Dan il-proċess jipprovoka lobgħa doppja ta' kompetizzjoni u partnership bejn it-territorji, notevolment bejn iż-żoni metropolitani. Dawn ta' l-aħħar għandhom rwol determinanti f'dawn il-logħbiet komplessi. L-assenza ta' tmexxija fuq livell ta' żoni metropolitani hija dgħjufija għad-definizzjoni u għat-tħaddim strateġiku ta' żvilupp ekonomiku kompetittiv u għall-azzjonijiet ta' partnership. |
5. Aspetti soċjali speċifiċi
5.1 |
L-ibliet il-kbar għandhom, b'mod aktar aċċentwat minn territorji oħra, problemi serji ta' koeżjoni u ta' żbilanċ territorjali. Iż-Żoni Metropolitani jistgħu jkunu postijiet eżemplari ta' twaqqif mill-gdid ta' bilanċi soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant f'kull ipotesi, dan it-titjib jista' jseħħ biss jekk l-iżvilupp ekonomiku jkun assigurat għal tul ta' żmien. |
5.2 |
Kull żona metropolitana għandha l-karatteristiċi li huma tagħha. Għaldaqstant minbarra d-differenzi f'termini ta' kultura u ta' żvilupp soċjali u ekonomiku, wieħed josserva fenomeni simili fl-Ewropa kollha. Fortunatament, fil-biċċa l-kbira tal-kazijiet, il-parteċipanti pubbliċi u privati huma aktar u aktar konxji tan-neċessità li jittejbu l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għal kulħadd. Hemm bżonn għaldaqstant namettu li għad baqa' ħafna xi jsir. |
5.3 |
Meta r-ristrutturazzjoni ekonomika tkun diġa' seħħet, jew il-proċess tagħha għadu għaddej, il-qabża minn ċirku ekonomiku għal ieħor twassal, jew għadha se twassal, għal qgħad importanti, notevolment fost iż-żgħażagħ u fost dawk li għandhom aktar minn 50 sena. Dan il-proċess jikkonċerna notevolment liż-żoni metropolitani. Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll li dan il-proċess iwassal spiss għall-ħolqien ta' attivitajiet totalment ġodda li jnisslu impjiegi aktar adattati għall-futur. |
5.4 |
Ir-ristrutturazzjoni ekonomika timplika wkoll rilokazzjoni b'mod partikulari fl-attivitajiet ta' xogħol, u għandha wkoll it-tendenza li twassal għall-qgħad strutturali fir-reġjuni mono-industrijali. Dan il-fenomenu jippreżenta ruħu, neċessarjament, anki f'żoni metropolitani, li għandhom barra minn hekk spiss il-kapaċita' li jibdlu l-bażi ekonomika tagħhom. F'dan il-proċess ta' modernizzazzjoni wieħed jara ta' spiss it-transizzjoni ta' bażi industrijali peżanti lejn soċjeta' ta' servizzi ta' teknoloġija għolja, eżempju ta' dan huma r-reġjuni ta' Bilboa, Lille jew ir-Rhin-Ruhr. |
5.5 |
L-Unjoni qed tiffaċċja mewġa aktar u aktar importanti ta' immigranti li ġejjin minn bosta pajjiżi barranin. Għalkemm jeżistu differenzi sinifikattivi fil-mod kif il-pajjiżi u l-ibliet jintegraw lill-immigranti, l-Ewropa fir-totalità tagħha, għandha bla dubju ta' xejn terfa' l-isfidi enormi f'dan il-qasam u ż-żoni metropolitani huma eżempju eċċellenti ta' dan. Il-KESE staqsa bosta drabi fl-opinjonijiet tiegħu li l-Unjoni għandha jkollha leġislażżjoni komuni fil-qasam ta' l-immigrazzjoni u ta' kenn. L-Unjoni qed tassorbixxi immigranti ġodda li huma ekonomiċi għar-reġunijiet demografiċi, soċjali u għax huma marbuta max-xogħol. (9). Dawn jista' jkunu persuni kwalifikati ħafna jew ta' ftit kwalifiki. Il-leġislazzjoni komunitarja għandha tippromovi l-immigrazzjoni legali u tikkonċerna wkoll l-immigrazzjoni klandestina. Barra minn hekk, l'Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' l-immigranti fis-soċjeta' li tilqagħhom u tevita' d-diskriminazzjonijiet (10). |
5.6 |
F'numru kbir ta' bliet u żoni metropolitani, wieħed jassisti għal konċentrazzjoni ta' immigranti li qed isibu diffikultajiet serji sabiex jakkwistaw impjiegi ta' kwalità minħabba n-nuqqas ta' kwalifiki professjonali, l-għarfien ħażin tal-lingwa, diskriminazzjonijiet soċjali u n-nuqqas ta' politika ta' integrazzjoni. Din is-sitwazzjoni qed twassal għal inugwaljanza rigward id-dħul ta' flus u, bħala konsegwenza, għall-aċċess ta' akkomodazzjoni u servizzi pubbliċi, li jinkludu l-edukazzjoni u s-saħħa. Hemm bżonn li tiġi mogħtija aktar u aktar attenzjoni lid-distretti foqra li huma serjament milqutin b'din il-problema. |
5.7 |
Il-metropolizzazzjoni spiss iġġib magħha tkabbir ta' inugwaljanzi soċjali u aggravament tan-nuqqasijiet spazjali. Gruppi soċjali żvantaġġjati li fosthom hemm numru kbir ta'żgħażagħ bla xogħol u persuni xjuħ bid-dħul ta' flus baxx, jikkonċentraw ruħhom f'ċerti distretti li fihom jakkumulaw ħafna żvantaġġi. L-esklużjoni tal-popolazzjonijiet żvantaġġati u l-kwalità insuffiċjenti tas-servizzi pubbliċi f'dawn id-distretti jsaħħu lil xulxin u jiżblokkaw f'nases li huwa kważi impossibbli li toħroġ minnhom. Spiss il-forzi ta' l-esklużjoni urbani huma kumulattivi, anke fejn il-policies ta' rikwalifikazzjoni ta' dawn id-distretti fi kriżi ilhom għaddejjin għal ħafna snin. Sabiex tkun imħaddma bl-akbar ċans ta' suċċess azzjoni fuq skala kbira hija neċessarja u din hemm bżonn li tkun ikkordinata fuq livell ta' żona metropolitana. |
5.8 |
Is-sigurtà fiż-żoni metropolitani qed tkun spiss kwistjoni preokkupanti li jista' jkollha riperkussjonijiet importanti fuq il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp bilanċjat. Paradossalment, il-vantaġġi u l-katatteristiċi demografiċi taż-żoni metropolitani jesponuhom għal ċertu riskji. Min-naħa, il-funzjoni sistematika tista' tkun imdgħajfa b'kull attakk fuq wieħed mill-elementi vitali marbuta mal-fatt, anke minimu, ta' nuqqas ta' sigurtà. Min-naħa l-oħra, il-karatteristiċi metropolitani jinkoraġġixxu ċ-ċirkolazzjoni tal-popolazzjoni u tal-merkanzija propizja għall-iżvilupp ta' attivitajiet illegali flimkien ma' networks ta' kriminalità nazzjonali jew internazzjonali. Huma jistgħu jiffaċilitaw ċrieki ta' attivisti billi joffru anonimità, loġistika u bażi ta' reklutaġġ. Iċ-ċentri sensittivi tal-metropolijiet huma l-miri privileġġati ta' forom ġodda ta' terroriżmu. Dawn l-evoluzzjonijiet huma preokkupanti fil-kuntest politiku internazzjonali attwali. |
5.9 |
Il-preservazzjoni ta' l-ambjent u r-rispett ta' l-objettivi ta' l-iżvilupp għal tul ta' żmien huma sfidi oħra li qed ikunu kkonfrontati bihom iż-żoni metropolitani. Huma għandhom jirrispettaw l-involviment internazzjonali: protokoll ta' Kyoto, Aġenda 21, trattat ta' Maastricht, programm komunitarju dwar l-iżvilupp sostenibbli bejn l-1993 u l-1998. U, għalhekk, jirrendu kompatibbli l-iżvilupp ekonomiku u l-protezzjoni ta' l-ambjent fejn jistgħu jsaħħu lil xulxin permezz ta' l-organizzazzjoni ta' l-iżvilupp urban (sistema ta' trasport, ħolqien ta' żoni ta' abitazzjoni, immaniġġar ta' storbju, protezzjoni taċ-ċentru storiku, protezzjoni tal-patrimonju naturali u agrikolu,…). |
5.10 |
L-iżvilupp rapidu ta' ċertu numru ta' żoni metropolitani assoċjati mat-twessigħ u l-intensifikkazzjoni ta' l-ekonimija tagħhom jikkostitwixxi sfida f'termini ta' infrastrutturi u ta' trasport pubbliku u privat. Għal raġunijiet ambjentali kif ukoll ekonimiċi l-konġestjoni titlob soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati. Il-policies kollha ambjentali jimplikaw spejjeż kbar għas-setturi privati u pubbliċi. Il-finanzi pubbliċi huma ġeneralment insuffiċjenti u s'issa s-suċċess tal-partnerships pubbliċi-privat huwa limitat. |
5.11 |
Il-problemi fiż-żoni metropolitani huma aktar aggravati meta l-immaniġġar amministrattiv ta' dawn iż-żoni ma jsegwix ir-ritmu ta' l-iżvilupp ekonomiku u ż-żieda tal-popolazzjoni, tan-numru ta' djar u taċ-ċaqlieq ta' kuljum biex wieħed imur għax-xogħol. Fiż-żoni metropolitani, l-immaniġġar amministrattiv hu spiss antikwat, dan jimpedixxi funzjoni amministrattiva tajba u, bħala konsegwenza, it-twaqqif ta' politika ekonomika effiċjenti. Koordinazzjoni tajba bejn l-immaniġġar amministrattiv u l-parteċipanti ekonomiċi, u b'mod aktar wiesa', bejn il-pubbliku u l-privat, hija prerekwiżit għat-tmexxija tajba taż-żoni metropolitani. |
5.12 |
Teżisti, f'dan ir-rigward, diversità kbira ta' sitwazzjonijiet. Kultant, iż-żona metropolitana hija aktar żgħira miż-żona amministrattiva li hi tappartieni għaliha. Aktar frekwenti, hi tinfirex fuq aktar minn żona amministrattiva. Żona metropolitana tinkludi kważi dejjem bosta lokalitajiet amministrattivi. Il-biċċa l-kbira ta' l-awtoritajiet pubbliċi (reġjonali u nazzjonali) jikkonsidraw dawn is-sitwazzjonijiet bħala stat ta' fatt u mhux bħala suġġett li jista jkun diskuss. |
5.13 |
Kull gvern jistabbilixxi il-metodi tiegħu sabiex isib soluzzjonijiet. L-ibliet il-kbar qed jipprovaw iwessgħu l-esperjenza tagħhom iżda hemm ftit wisq konsultazzjonijiet u skambji fuq livell ta' l-Unjoni biex jinkoraġġixxu paraguni u miżuri prattiċi tajba. |
5.14 |
Jekk il-fenomini deskritti hawn fuq huma l-karatteristiċi taż-żoni metropolitani, wieħed ikun qed josserva differenza kbira fil-mod kif kull żona timmaniġġahom. Numerużi huma l-eżempji ta' gvernijiet reġjonali, ġeneralment appoġġati mill-gvern nazzjonali u assoċjati mas-settur privat u mas-soċjetà ċivili organizzata, li jinfluwenzaw żvilupp ġdid għall-futur. Is-seħħ ta' dawn il-policies itejjeb il-kundizzjonijiet soċjo-ekonimiċi u dawn ir-reġjuni jsiru b'mod ċar aktar kompetittivi u aktar adattati soċjalment. L-Unjoni Ewropea għandha tuża dawn l-eżempji biex tistabbilixxi konsultazzjonijiet li jiddeterminaw liema huma l-aħjar miżuri prattiċi u biex tiddiskuti l-mod kif hi nfisha tista' ttejjeb is-sitwazzjoni bit-tħaddim tal-mezzi li għandha. |
6. Bażijiet tad-data ewropej reġjonali u ż-żoni metropolitani
6.1 |
Is-sistema statistika Ewropea żviluppat skond il-policies Ewropej. B'hekk, wieħed jaf in-numru ta' barrin u ta' ħnieżer f'kull reġjun permezz tal-PAK. Iżda fl-istess waqt wieħed jinjora l-użu jew il-valur miżjud f'kull settur ta' attività tal-ibliet il-kbar u ta' l-isfera ta' l-influwenza ekonomika tagħhom, mhux biss minħabba n-nuqqas ta' politika ad hoc, iżda wkoll minħabba d-dgħjufija tal-mezzi li l-Ewropa kkonsagrat sa perijodu reċenti għall-istatistika ta' ibliet. L-unità bliet-reġjuni ta' l-Ewrostat (Eurostat) ma tinkludix ħlief 5 persuni. Il-mezzi li għandu l-Ewrostat mhumiex biżżejjed għall-importanza tal-missjoni tiegħu. |
6.2 |
L-istudji soċjo-ekonomiċi komparattivi dwar ir-reġjuni metropolitani li jinfirxu fuq it-territorju Ewropew kollu, magħmula mill-istituzzjonijiet responsabbli mill-iżvilupp ekonomiku u mill- promozzjoni territorjali reġjonali, l-universitajiet, il-konsulenti u l-Kummissjoni Ewropea, mhumiex kultant ħlief deskrizzjonijiet vagi u inkompleti għal aħħar. Fil-fatt, huma bbażati fuq statistiċi reġjonali ppubblikati mill-Ewrostat. Dawn ta' l-aħħar għandhom il-vantaġġ li huma disponibbli f'definizzjonijiet statistiċi armonizzati fuq skala Ewropea. Iżda huma għandhom ukoll żvantaġġ kbir: il-qasam reġjonali ta' l-Ewrostat, in-Nomenklatura ta' l-Unitajiet Terrritorjali Statistiċi (jew NUTS), hija patchwork ta' unitajiet amministrattivi nazzjonali. Dawn id-demarkazzjonijiet jikkorrespondu ma' l-istorja politika u amministrattiva ta' kull pajjiż. Ħlief għal xi eċċezzjonijiet, huma ġeografikament inadegwati biex jifhmu, u jqabblu b'mod dgħajjef ir-realtajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-żoni metropolitani fuq skala Ewropea. Il-qsim NUTS ma kienx maħsub għalhekk. |
6.3 |
L-istatistiċi ta' l-Ewrostat ma jippermettux għalhekk li jassiguraw follow-up tal-popolazzjoni, ta' l-attivitajiet, tal-qgħad jew tal-produzzjoni taż-żoni metropolitani u, bħala konsegwenza, li jevalwaw jew li jqabblu b'mod li wieħed jista' joqgħod fuqhom indikaturi strateġiċi bħalma huma: ir-ritmu taż-żieda fil-popolazzjoni, tax-xogħol, tal-qgħad u tal-produttività globali għal kull impjieg. L-eżami tar-riżultati ta' studji dwar l-hekk imsejħa reġjuni metropolitani magħmula minn konsulenti privati jew minn istituzzjonijiet pubbliċi nazzjonali juri li l-assenza ta' bażijiet ta' data li wieħed jista' joqgħod fuqha, u li tista' tkun mqabbla ġeografikament, tista' twassal għal konklużjonijiet mhux biss żbaljati iżda kultant kontradittorji dwar l-evoluzzjonijiet soċjo-ekonomiċi “osservati” fir-reġjuni, metropolitani Ewropej (per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-evoluzzjoni tal-produttività fl-istess reġjun). |
6.4 |
L-assenza ta' bażijiet ta' data dwar l-evoluzzjoni soċjo-ekonomika tar-reġjuni u taż-żoni metropolitani fl-Ewropa hija sitwazzjoni ta' ħsara għal żewġ raġunijiet prinċipali: |
6.4.1 |
Iż-żoni metropolitani huma l-muturi tat-tkabbir. L-attività ekonomika li huma joħolqu u l-vantaġġi li joħorġu minnha jinfirxu lejn ċentri urbani oħra li jinstabu f'kull pajjiż. Biex jittieħed l-aħjar vantaġġ mill-isfurzar u mill-opportunitajiet marbuta mal-modifikazzjonijiet tas-sitwazzjoni internazzjonali, huwa neċessarju li ż-żoni metropolitani jkollhom evalwazzjoni regulari aġġornata tal-kapaċitajiet Ewropej. |
6.4.2 |
Huwa wkoll mixtieq li jkun hemm fuq livell Ewropew analiżi u paraguni li wieħed jista' joqgħod fuqhom ta' aspetti importanti, fosthom il-problemi ta' l-immigrazzjoni, tal-kwalità tax-xogħol, tal-faqar u ta' l-esklużjoni, ta' l-ambjent, tas-sigurtà u oħrajn. |
6.5 |
L-Istati Uniti, għal bosta għexur ta' snin, ipproduċew għal 276 żona metropolitana tagħhom numru kbir ta' bażijiet ta' data komparabbli u m'ilux wisq dawn ġew poġġuti għad-dispożizzjoni ta' kulħadd fuq sites ta' l-internet (11). Fl-Ewropa, kull pajjiż għandu d-definizzjonijiet tiegħu ta' x'inhuma bliet (u kultant metropolijiet), huwa ċertament aktar diffiċli li jkollok definizzjoni komuni għaż-żoni metropolitani. Billi ġie kkonsidrat li issa saru importanti fl-istruttura tat-tħaddim ta' l-istrateġija ta' Lisbona li jkun hemm għad-dispozizzjoni bażijiet ta' data li wieħed jista' joqgħod fuqhom u komparabbli dwar iż-żoni metropolitani Ewropej, il-KESE jaħseb li wasal il-mument li dawn ikunu demarkati minn Ewrostat flimkien ma' l-Istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika u li bosta bażijiet ta' data jkunu pproduċuti f'dawn il-limiti. |
6.6 |
L-URBAN AUDIT II illanċjat mill-Kummissjoni Ewropea, li għadu qed jitwettaq, għandu jipproduċi bażijiet ta' data dwar il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-popolazzjoni f'258 belt u agglomerazzjoni. Dan il-proġett jirrappreżenta progress importanti biex jagħti feedback għar-riflessjoni dwar il-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant, hu ma jippermettix il-produzzjoni ta' indikaturi soċjo-ekonomiċi komparabbli fuq livell Ewropew dwar ir-reġjuni metropolitani. Fil-fatt, l-indikaturi huma evalwati fuq il-livell tal-ibliet u ta' l-agglomerazzjonijiet urbani ta' kull pajjiż fid-definizzjoni nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, l-indikaturi għal Londra, Pariġi, Berlin, għandhom ikunu evalwati fil-limiti tar-reġjuni amministrattivi rispettivi tagħhom (Greater London, Île-de-France u il-Land ta' Berlin). |
6.7 |
Il-proġett ORATE (Osservatorju fin-Network ta' l-Immaniġġar tat-Territorju Ewropew) jimmira biex itejjeb it-tagħrif dwar it-territorju. Iżda qed isib diffikultajiet, notevolment, minħabba n-nuqqas ta' bażijiet ta' data ekonomiċi fuq skala lokali, kif ukoll fil-livell tan-NUTS 3, fit-territorju kollu Ewropew. Hu għandu l-mertu li juri tajjeb in-numru kbir ta' lakuni li jinstabu fis-sistema statistika Ewropea. |
6.8 |
L-osservazzjonijiet kollha ta' hawn fuq iwasslu biex jenfasizzaw li l-Ewrostat għandu jkun f'pożizzjoni li jipproduċi bażijiet ta' data urbani u metropolitani li wieħed ikun jista' joqgħod fuqhom u li jkunu komparabbli, huwa għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-mezzi finanzjarji u umani supplimentarji neċessarji. |
6.9 |
Studju reċenti li jippreżenta bażijiet ta' data ta' l-Investigazzjoni Ewropea dwar il- Forzi tax-Xogħol fil-limiti taż-Żoni metropolitani ta' aktar minn miljun abitant fil-Majjistral ta' l-Ewropa jimmerita li jkun imxandar (12). Dan juri li għall-metropolitajiet ta' daqs kbir, demarkati bi kriterji komuni, huwa possibbli bi spiża marġinali li jiġi prodott numru kbir ta' bażijiet ta' data soċjo-ekonomika komparabbli fuq skala Ewropea billi tiġi esplojtjata l-investigazzjoni magħmula kull sena mill-Istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistiċi u li tkun ikkoordinata mill-Ewrostat. Bħala eżempju sperimentali, huwa mixtieq li dan l-istudju jkun jista' jinfirex f'metropolijiet kbar oħra Ewropej. |
7. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
7.1 |
Matul dawn l-aħħar għaxar snin analiżijiet u diskussjonijiet saru u għadhom qed isiru f'bosta Stati membri kif ukoll fuq livell reġjonali dwar ir-realtà ġdida li għandhom iż-żoni metropolitani fl-Ewropa. Għalkemm dawn iż-żoni juru lilhom infushom aktar viżibli minn qatt qabel fuq livell nazzjonali u internazzjonali, ir-rwol tagħhom fit-tħaddim ta' l-istrateġija ta' Lisbona għadu ma ġiex magħruf biżżejjed. |
7.2 |
Iż-żoni metropolitani huma t-territorji l-aktar importanti għat-twettiq ta' l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' l-istrateġija ta' Lisbona. Huma, fil-fatt, it-territorji prinċipali għall-formazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġija l-aktar moderna, il-ħolqien ta' attivitajiet ġodda u l-promozzjoni ta' spirtu ta' intrapriża. Huma wkoll in-nuklei prinċipali ta' trasport u ta' telekomunikazzjoni, li jiffaċilitaw it-twaqqif ta' networks ta' intrapriżi, ta' universitajiet u ta' ċentri ta' riċerka. Il-KESE jenfasizza li mobilizzazzjoni aħjar tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku ta' l-Ewropa jirrekjedi l-parteċipazzjoni attiva tal-parteċipanti pubbliċi u privati kollha li jaħdmu għall-iżvilupp ekonomiku dewwiemi taż-żoni metropolitani. Fi kliem ieħor, minħabba r-rwol li għandhom iż-żoni metropolitani fl-Ewropa, l-objettivi ta' l-istrateġija ta' Lisbona ma jistgħux jintlaħqu jekk huma ma jiġux mwettqa fiż-żoni metropolitani. |
7.3 |
Waħda mir-raġunijiet prinċipali li minħabba fihom din l-evoluzzjoni ma tiġbidx attenzjoni biżżejjed fl-isferi tat-tmexxija, hi marbuta mall-fatt li l-limiti tar-reġjuni politko- amministrattivi ma jikkorrispondux ħlief b'mod rari mal-limiti ġeografiċi taż-żoni metropolitani. B'konsegwenza ta' dan, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, l-ebda bażi ta' data li wieħed jista' joqgħod fuqha u li hija komparibbli fuq skala Ewropea mhi disponibbli biex tippermetti li jiġu deskritti s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u d-dinamiċi li qed iseħħu fiż-żoni metropolitani. |
7.4 |
Il- KESE jenfasizza li huwa fl-interess ta' l-Unjoni li:
|
7.5 |
Il-produzzjoni ta' dawn l-informazzjonijiet u t-tpoġġija għad-dispozizzjoni tagħhom għal kulħadd għandhom jkollhom dawn il-konsegwenzi produttivi li ġejjin:
|
7.6 |
Il-KESE jappoġġa b'mod sħiħ il-proposta magħmula minn METREX fis-sena 2003 dwar il-kreazzjoni ta' programm Ewropew ikkonsagrat għaż-żoni metropolitani (13). Programm simili, METROPOLITAN, jista' jkun forum ta' laqgħat u ta' skambji ta' ideat. Hu jista' wkoll jinkludi workshops li r-responsabbiltà tagħhom tkun li jiddentifikaw u jxandru l-policies ġusti fl-oqsma li huma trattati f'din l-opinjoni. |
7.7 |
Il-KESE jifraħ bl-importanza mogħtija lill-“kompetittività” u għar-rabta stabbilità bejn il-politika reġjonali ġdida definita u l-istrateġija ta' Lisbona fit-Tielet Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali, li tagħti importanza partikulari liż-żoni metropolitani. Għalihom ċerti objettivi taħt it-titlu “kompetittività” u “tagħrif” jistgħu jkunu appoġġati mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp reġjonali. |
7.8 |
Il-KESE jikkalkula indispensabbli l-kreazzjoni ta' ċellula “Żoni metropolitani” fi ħdan l-Ewrostat inkarigata li tipproduċi kull sena l-bażijiet ta' data msemmija hawn fuq. |
7.9 |
Id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu biex jiġu ddefinuti l-limiti ġeografiċi taż-żoni kollha metropolitani u biex jiġu pproduċuti informazzjonijiet u bażijiet ta' data komparabbli ma jistgħux jiġġustifikaw nuqqas ta' azzjoni eventwali. Hu għalhekk li l-KESE qed jissuġġerixxi li programm pilota, li jkun jirrispondi għar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati hawn fuq, ikun illanċjat fuq numru limitat ta' żoni metropolitani fl-iqsar żmien possibbli. Hu jissuġġerixxi wkoll li dan il-programm pilota għandu jkun imwettaq b'partnership bejn id-DĠ tal-politika reġjonali, Ewrostat, l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistiċi u l-metropolitani kkonċernati. |
7.10 |
Il-KESE jispera li l-Istituzzjonijiet Ewropej jaqsmu l-orjentazzjonijiet ippreżentati f'din l-opinjoni. Għalhekk il-KESE jikkalkula xieraq li fl-istess ħin jiġi kkreat forum li jiġbor fih iż-żoni metropolitani u l-Kumimissjoni, ħalli l-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni ta'dawn iż-żoni tidher fuq l-aġenda formali tal-Kunsill Kompetittiv u tal-Kunsill informali dwar l-Immaniġġar tat-Territorju u tal-kwistjonijiet urbani. |
Brussel, it-8 ta' Ġunju 2004
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Roger BRIESCH
(1) Fl-Opinjoni (Avis) ta' l-14 ta' Mejju 1998 bit-titlu ta' “Kwistjoni Urbana. Orjentazzjoni għal dibattitu Ewropew”, il-Kumitat tar-Reġjuni żviluppa l-kunċett ta' Reġjun Urban funzjonali biex jiddiskrivi l-metropoli u ż-żoni ta' influwenza tagħha. Hu għalhekk magħruf li l-ibliet bidlu lilhom infushom l-ewwel f'agglomerazzjonijiet imbagħad f'metropolijiet, li wara ġew imġebbda biex jifformaw reġjuni urbani. Il-kunċett jenfasizza ukoll ir-relazzjonijiet ta' interdipendenza eżistenti bejn l-unitajiet territorjali li jifformaw ir-reġjuni urbani: suq tax-xogħol, ivvjaġar bejn id-dar u l-post tax-xogħol, networks tat-trasport, ċentri kummerċjali, lokalizzazzjoni ta' l-attivitajiet ġodda, bejgħ u xiri ta' propjetà, parks għall-mogħdija taż-zmien, protezzjoni ta' l-ambjent.
(2) Per eżempju, 500.000 abitant (skaluna bażika miżmuma mill-METREX), ara fl-anness il-lista ta' agglomerazzjonijiet Ewropej li għandhom aktar minn 500 000 abitant.
(3) Ir-Randstad jikkonsisti minn agglomerazzjonijiet ta' Amsterdam, La Haye, Rotterdam u Utrecht. Ir-reġjun tar-Rhin-Ruhr jinkludi l-agglomerazzjonijiet ta' Bonn, Cologne, Düsseldorf, Duisburg, Essen u Dortmund.
(4) Ir-Ranstad hi magħmulha minn agglomerazzjonijiet ta' Amsterdam, The Hague, Rotterdam u Utrecht. Ir-reġjun Rhin-Ruhr tinkludi l-agglomerazzjonijiet ta' Bonn, Cologne, Düsseldorf, Duisburg, Essen u Dortmund. Ir-Reġjun Vjenna-Bratislava hi magħmulha mill-agglomerazzjonijiet ta' Vjenna u Bratislava. Ir-reġjun Oresund tinkludi l-agglomerazzjonijiet ta' Kopenhagen u Malmö, filwaqt li r-reġjun ta' Lille franco-belġjan jinkludi l-ibliet imdaqqsa u numru kbir ta' bliet u irħula iżgħar.
(5) Eżempju : Londra : 7 400 000 abitant fir-reġjun amministrattiv (NUTS 2) u 13 230 000 fiż-żona metropolitana. Département du Nord (NUTS 3) : 2 600 000 abitant u 970 000 għall-parti Franċiża taż-żona metropolitana ta' Lille.
(6) “Bliet, Reġjuni u Kompetittività”, Uffiċċju tal-Viċi-Prim Ministru u ta' partners pubbliċi oħra, Ġunju 2003).
(7) L-ibliet Ewropej, analiżi komparattiva – Celine Rozenblat, Patricia Cicille (DATAR 2003).
(8) www.datar.gouv.fr - CIADT du 13.12.2003.
(9) KOM(2003) 336 final “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u x-xogħol”.
(10) Opinjoni KESE dwar “Immigrazzjoni, integrazzjoni u xogħol”, ĠU C 80 tat-30.03.2004, p.92
(11) http://data.bls/gov/servlet/SurveyOutputSerlet
(12) Studju mwettaq fl-istruttura tal-programm INTERREĠ II mill-GEMACA (Grupp għall-Analiżi Komparattiva tal-Metropolitanijiet Ewropej (Group for European Metropolitan Comparative Analysis). Ippubblikat fil-Ġurnal ta' l-IAURIF numru 135, www.iaurif.org/en/doc/studies/cahiers/cahier_135/index.htm
(13) METREX – In-networks tar-Reġjuni u ż-Żoni Ewropej [Network of European Regions and Areas] - L-objettivi prinċipali għall-programm Ewropew METROPOLITAN huma li :
1 |
jintgħaraf ir-rwol importanti tal-metropolijiet fl-Ewropa |
2 |
li tiġi appoġġata l-kreazzjoni ta' tmexxija metropolitana effiċjenti |
3 |
li tiġi appoġġata d-definizzjoni min-naħa ta' dawk kollha involuti fl-istrateġiji metropolitani integrati |
4 |
li jiġu appoġġati l-policies metropolitani li jimmiraw lejn ir-rinforzament tal-kompetittività, u lejn il-koezjoni soċjali u territorjali tagħhom. |