FOR TESTING PURPOSES ONLY. THIS NOTIFICATION WILL DISAPPEAR ONCE DEPLOYED ON A *.europa.eu site
An official website of the European UnionAn official EU website
Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/284/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni [Każ COMP/M.4971 — MPC/Viga-Villacero/MAN/Coutinho & Ferrostaal (JV)] Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 284, 27.11.2007, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 284/8


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

[Każ COMP/M.4971 — MPC/Viga-Villacero/MAN/Coutinho & Ferrostaal (JV)]

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 284/07)

1.

Fis-16 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Münchmeyer Petersen & Co GmbH (“MPC”, il-Ġermanja), Grupo Villacero (“Viga-Villacero”, il-Messiku) u MAN AG (“MAN”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Coutinho & Ferrostaal GmbH & Co. KG (“Coutinho & Ferrostaal”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpannija ġdida li tikkostitwixxi impriża komuni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża MPC: bini ta' bastimenti, investimenti kapitali, il-kummerċ tal-kommoditajiet u prodotti għall-konsumatur,

għall-impriża Viga-Villacero: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' l-azzar,

għall-impriża MAN: il-manifattura u distribuzzjoni ta' vetturi kummerċjali, magni tad-diżil u turbini,

għall-impriża Coutinho & Ferrostaal: il-kummerċ internazzjonali ta' prodotti ta' l-azzar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jisgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M4971 – MPC/Viga-Villacero/MAN/Coutinho & Ferrostaal (JV), fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top
  翻译: