This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0088
Case F-88/07: Action brought on 29 August 2007 — Dominguez Gonzalez v Commission
Kawża F-88/07: Rikors imressaq fid- 29 ta' Awwissu 2007 — Domínguez González vs Il-Kummissjoni
Kawża F-88/07: Rikors imressaq fid- 29 ta' Awwissu 2007 — Domínguez González vs Il-Kummissjoni
ĠU C 37, 9.2.2008, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/34 |
Rikors imressaq fid-29 ta' Awwissu 2007 — Domínguez González vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/07)
(2008/C 37/56)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Juan Luís Domínguez González (Girona, Spanja) (rappreżentant: R. Nicolazzi Angelats, abogado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-ammont ta' EUR 20 310,68 bħala kumpens għad-danni kkawżati, li ma jinkludux id-danni materjali u personali u l-ispejjeż tal-kawża. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Din it-talba għandha bħala suġġett il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Lulju 1999, li biha ntemm il-kuntratt tiegħu ma' l-Uffiċċju Umanitarju tal-Komunità Ewropea (ECHO), li r-rikorrent iffirma fl-1 ta' Lulju 1999, wara li kien għadda mill-eżami mediku previst f'dan il-kuntratt.
In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni essenzjalment:
— |
li t-tmiem tal-kuntratt kien ibbażat fuq eżami tal-problemi ta' saħħa tiegħu li sar mingħajr ma ttieħdu in kunsiderazzjoni t-testijiet attwali u għaldaqstant mingħajr ma ttieħdet in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni reali ta' l-istat ta' saħħa tiegħu. |
— |
li huwa ma rċieva ebda risposta għall-ittri suċċessivi indirizzati lill-uffiċjali responsabbi ta' l-ECHO sabiex sabiex jiġi kkoreġut l-iżball imsemmi hawn fuq. |
— |
li l-Kummissjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li kienu jistipulaw li dan il-kuntratt seta' jidħol fis-seħħ biss ladarba l-istat ta' saħħa ta' l-impjegat jkun pożittiv. |
— |
li d-dritt ta' difiża tiegħu ġie miksur. |