This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CB0134
Case C-134/07: Order of the Court (Fifth Chamber) of 10 December 2007 (reference for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy w Jaworznie (Republic of Poland)) — Piotr Kawala v Gmina Miasta Jaworzna (First subparagraph of Article 104(3) of the Rules of Procedure — Higher national levy for a product imported from another Member State than for a similar product purchased in the relevant Member State — First paragraph of Article 90 EC — Charge on first registration affecting imported second-hand motor vehicles)
Kawża C-134/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l- 10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna (L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE — Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)
Kawża C-134/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l- 10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna (L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE — Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta' l-10 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Jaworznie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna
(Kawża C-134/07) (1)
(L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Tassazzjoni interna għola għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għal prodott simili mixtri fil-post - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE - Taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni li tapplika fuq vetturi użati importati)
(2008/C 64/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Jaworznie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Piotr Kawala
Konvenuta: Gmina Miasta Jaworzna
Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Sąd Rejonowy w Jaworznie — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 90 KE — Imposta fuq il-ħruġ ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura ma' l-ewwel reġistrazzjoni fl-Istat Membru, b'ammont li jaqbeż b'mod kunsiderevoli l-ammont ta' l-imposta għall-ksib ta' kopja ta' karta ta' reġistrazzjoni ta' vettura — Prinċipju ta' newtralità ta' l-imposti nazzjonali fir-rigward tal-kompetizzjoni bejn prodotti li jinsabu diġà fuq is-suq nazzjonali u prodotti importati
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa, bħal dik prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tad-deċiżjoni tal-Ministru Pollakk ta' l-Infrastruttura tat-28 ta' Lulju 2003, dwar l-ammont ta' taxxa li għandha titħallas sabiex jinkiseb ċertifikat ta' reġistrazzjoni, li fil-prattika hija applikabbli għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vettura użata importata minn Stat Membru ieħor, u mhux għall-akkwist fil-Polonja ta' vettura użata fejn din tkun diġà rreġistrata.