This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0020
Case T-20/08: Action brought on 8 January 2008 — Evets v OHIM (DANELECTRO)
Kawża T-20/08: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (DANELECTRO)
Kawża T-20/08: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (DANELECTRO)
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 61–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/61 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Jannar 2008 — Evets vs L-UASI (DANELECTRO)
(Kawża T-20/08)
(2008/C 64/98)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evets Corporation (Irvine, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Ryan, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-parti rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni R 603/2007-4 tar-Raba' Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Novembru 2007; |
— |
tiddikjara, minflok, li l-applikazzjoni għal restitutio in integrum saret fit-termini previsti fl-Artikolu 78(2); |
— |
tordna li l-każ jintbagħat lura lir-Raba' Bord ta' l-Appell sabiex tiġi ttrattata l-kwistjoni fil-mertu dwar jekk itteħditx l-attenzjoni kollha meħtieġa għat-tiġdid tat-trade mark ikkonċernata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali “DANELECTRO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 15 — applikazzjoni Nru 117 937
Deċiżjoni tad-Diviżjoni Legali u ta' l-Amministrazzjoni tat-Trade Marks: Ċaħdet l-applikazzjoni għal restitutio in integrum u ddikjarat it-trade mark bħala li ġiet ikkanċellata
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell u ddikjara l-applikazzjoni għal restitutio in integrum bħala li ma ġietx ippreżentata
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 78(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94.
Ir-rikorrenti tissottometti li l-kwistjoni ta' l-osservanza tat-terminu ta' xahrejn, stipulat mid-dispożizzjoni hawn fuq iċċitata, għall-preżentata ta' l-applikazzjoni għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni ta' trade mark u għall-ħlas tad-drittijiet ta' tiġdid, ma kinitx tifforma parti mill-appell. Fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li l-Bord ta' l-Appell ġustament eżamina din il-kwistjoni, ir-rikorrenti targumenta, b'mod sussidjarju, li t-terminu ta' żmien ġie kkalkulat b'mod żbaljat.