This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0201
Case T-201/08: Action brought on 26 May 2008 — Market Watch v OHIM — Ares Trading (SEROSLIM)
Kawża T-201/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Mejju 2008 — Market Watch vs UASI — Ares Trading (SEROSLIM)
Kawża T-201/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Mejju 2008 — Market Watch vs UASI — Ares Trading (SEROSLIM)
ĠU C 197, 2.8.2008, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 197/27 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2008 — Market Watch vs UASI — Ares Trading (SEROSLIM)
(Kawża T-201/08)
(2008/C 197/49)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Baħamas) (rappreżentant: J. E. Korab, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ares Trading, SA (Aubonne, l-Iżvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tilqa' r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 0805/2007-2, u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell fejn tintalab dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SEROSLIM” għal prodotti u servizzi fil-klassi 3, 5 u 35 — applikazzjoni Nru 4 113 321
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “SEROSTIM” għal prodotti fil-klassi 5 — trade mark Komunitarja Nru 2 405 694
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 5 u fir-rigward tas-“sapun, lozjonijiet tax-xagħar u dentifriċji” fil-klassi 3.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn l-iktar aspett importanti fl-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta' kull probabbiltà ta' konfużjoni hija l-impressjoni ġenerali li tinħoloq f'moħħ il-pubbliku kkonċernat miż-żewġ trade marks in kwistjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza tal-probabbiltà ta' konfużjoni li hija rilevanti mil-lat tal-liġi tat-trade marks, tiddependi f'dan il-kuntest minn numru kbir ta' ċirkustanzi, inkluż, iżda mhux biss, ir-rikonoxximent tat-trade mark in kwistjoni, l-assoċjazzjonijiet li s-sinjali użati jew irreġistrati jidhru kapaċi li joħolqu kif ukoll il-livell ta' xebh bejn it-trade mark u s-sinjal jew bejn il-prodotti u is-servizzi relatati.