This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0307
Case C-307/07: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 10 July 2008 — Commission of the European Communities v Portuguese Republic (Failure of a Member State to fulfil its obligations — Directive 89/48/EEC — Recognition of diplomas awarded on completion of professional education and training of at least three years' duration — Failure to recognise diplomas which give access to the profession of pharmacist specialising in medical biology — Failure to transpose)
Kawża C-307/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l- 10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/48/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtjia ma' l-ikkompletar ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin — Nuqqas ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' aċċess għall-professjoni ta' spiżjar fil-bioloġija medika — Nuqqas ta' traspożizzjoni)
Kawża C-307/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l- 10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/48/KEE — Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtjia ma' l-ikkompletar ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin — Nuqqas ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' aċċess għall-professjoni ta' spiżjar fil-bioloġija medika — Nuqqas ta' traspożizzjoni)
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-307/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtjia ma' l-ikkompletar ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin - Nuqqas ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' aċċess għall-professjoni ta' spiżjar fil-bioloġija medika - Nuqqas ta' traspożizzjoni)
(2008/C 223/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Fernandes, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16) għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/19/KE, għal dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar speċjalizzat fil-bioloġija medika, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |