Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0284

Kawża C-284/08: Rikors ippreżentat fis- 27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-284/08)

(2008/C 223/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, aġenti)

Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (1), jew f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brattanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva fit-territorju tiegħu ta' Ġibiltà.

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.


(1)  ĠU L 149, p. 22.


Top
  翻译: