This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0322
Case C-322/08: Action brought on 15 July 2008 — Commission of the European Communities v Kingdom of Sweden
Kawża C-322/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
Kawża C-322/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/38 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-322/08)
(2008/C 223/63)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u J. Enegren, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004 (1), u, f'kull każ, billi naqas milli jinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Renju ta' l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' l-Iżvezja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoi tad-direttiva skada fl-10 ta' Ottubru 2006.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).