This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62003TB0433
Joined Cases T-433/03, T-434/03, T-367/04 and T-244/05: Order of the Court of First Instance of 26 June 2008 — Gibtelecom v Commission (Competition — Telecommunications — Decisions not to take any further action on complaints based on Article 86 EC — Failure of the Commission to define a position on complaints based on Article 86 EC — Actions for annulment — Actions for failure to act — Action which becomes devoid of purpose in the course of proceedings — No need to adjudicate)
Kawżi maqgħuda T-433/03, T-434/03, T-367/04 u T-244/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Ġunju 2008 — Gibtelecom vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Telecommunicazzjonijiet — Deċiżjonijiet li jingħalqu l-każi dwar l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 KE — Nuqqas ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni fuq l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 — Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas tas-suġġett tal-kawża matul il-proċedura — Mhemmx lok għal deċiżjoni )
Kawżi maqgħuda T-433/03, T-434/03, T-367/04 u T-244/05: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 26 ta' Ġunju 2008 — Gibtelecom vs Il-Kummissjoni ( Kompetizzjoni — Telecommunicazzjonijiet — Deċiżjonijiet li jingħalqu l-każi dwar l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 KE — Nuqqas ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni fuq l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 — Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas tas-suġġett tal-kawża matul il-proċedura — Mhemmx lok għal deċiżjoni )
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/40 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Gibtelecom vs Il-Kummissjoni
(Kawżi maqgħuda T-433/03, T-434/03, T-367/04 u T-244/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Telecommunicazzjonijiet - Deċiżjonijiet li jingħalqu l-każi dwar l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 KE - Nuqqas ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni fuq l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas tas-suġġett tal-kawża matul il-proċedura - Mhemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 223/67)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gibtelecom Ltd (Gibraltar) (rappreżentanti: M. Llamas, barrister, u B B. O'Connor, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u A. Whelan, wara F. Castillo de la Torre, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni, datati is-17 ta' Ottubru 2003, il-5 ta' Lulju 2004 u s-26 ta' April 2005, li permezz tagħhom ingħalqu żewġ ilmenti li jitolbu l-Kummissjoni li tieħu azzjoni, abbażi ta' l-Artikolu 86(3) KE, sabiex twaqqaf l-ksur tal-liġi Komunitarja allegatament mwettqa mir-Renju ta' Spanja u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi kkonstatat, skond l-Artikolu 232 KE, li, billi naqset milli tieħu pożizzjoni fuq iktar azzjoni li hija pproponiet li tieħu fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' wiħed minn dawn l-ilmenti, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-liġi Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq ir-rikorsi; |
2) |
Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq it-talba ta' intervent ippreżentata mir-Renju ta' Spanja fil-kawża I-367/04. |
3) |
Gibtelecom u l-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż tagħhom stess. |