This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TB0012
Case T-12/07: Order of the Court of First Instance of 2 July 2008 — Polimeri Europa v Commission (No need to give a decision)
Kawża T-12/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Lulju 2008 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni ( Mhemmx lok għal deċiżjoni )
Kawża T-12/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Lulju 2008 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni ( Mhemmx lok għal deċiżjoni )
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/43 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008 — Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/07) (1)
(“Mhemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 223/73)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Polimeri Europa SpA (Brindisi, L-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti u L. Nascimbene, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, F. Amato u V. Bottka, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Manufacture Française des Pneumatiques Michelin (rappreżentanti: S. Kon u L. Farell, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni COMP/F/2/1095, tas-6 ta' Novembru 2006, meħud fil-kuntest ta' proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/F/38.638 — BR/ESBR), li tiġi trażmessa lill-kumpannija Manufacture Française des Pneumatiques Michelin, ammessa għall-proċedura amministrattiva bħala parti terza interessata, il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, tas-6 ta' April 2006, indirizzata lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Mhemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq dan ir-rikors. |
2) |
Polimeri Europa SpA hija kkundannata tħallas, barra mill-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni u ta' Manufacture Française des Pneumatiques Michelinfil-kuntest ta' din il-proċedura, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji. |