This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0254
Case T-254/08: Action brought on 26 June 2008 — Associazione Giullemanidallajuve v Commission
Kawża T-254/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Ġunju 2008 — Associazione Giullemanidallajuve vs Il-Kummissjoni
Kawża T-254/08: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Ġunju 2008 — Associazione Giullemanidallajuve vs Il-Kummissjoni
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/53 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 — Associazione Giullemanidallajuve vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/08)
(2008/C 223/93)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Associazione Giullemanidallajuve (Garibaldi, l-Italja) (rappreżentanti: L. Mission, G. Ernes u A. Kettels, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata n-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea: |
— |
tordnalha teżerċita l-kompetenza tagħha u twieġeb għall-ilment ippreżentat mir-rikorrenti f'Mejju ta' l-2007; |
— |
tagħti l-ispjegazzjonijiet kollha xierqa f'dan ir-rigward. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li tieħu azzjoni peress li ma ħaditx pożizzjoni, fir-rigward ta' talba f'dan is-sens, fuq l-ilment ippreżentat lill-Kummissjoni mir-rikorrenti f'Mejju ta' l-2007 rigward ksur allegat ta' l-Artikoli 81 u 82 KE mwettaq mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), il-Comitato Olimpico Nazionale Italiano (Coni), l-Union des associations européennes de football (UEFA) u l-Fédération Internationale de Football Association (FIFA).
Ir-rikorrenti tqis li l-ittra, li ntbagħtet mill-Kummissjoni f'Marzu ta' l-2008 minħabba li talbitha tieħu azzjoni u li kienet tinformaha li l-każ tagħha kien qiegħed jiġi eżaminat, ma tikkostitwixxix pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, għaliex l-ittra ma tagħtix risposti fuq il-mertu tat-talbiet magħmula mir-rikorrenti.
Ir-rikorrenti ssostni barra minn hekk li, fil-qasam tal-kompetizzjoni, min jagħmel ilment għandu dritt għal studju dettaljat ta' l-ilment tiegħu mill-Kummissjoni, kif ukoll teħid ta' pożizzjoni motivata.