This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0059(01)
Case F-59/08: Action brought on 30 June 2008 — Klug v European Medicines Agency
Kawża F-59/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Ġunju 2008 — Klug vs Europäische Arzneimittelagentur
Kawża F-59/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Ġunju 2008 — Klug vs Europäische Arzneimittelagentur
ĠU C 223, 30.8.2008, p. 62–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/62 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Klug vs Europäische Arzneimittelagentur
(Kawża F-59/08)
(2008/C 223/119)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bettina Klug (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Zickgraf, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, u kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens għad-danni morali u materjali.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
— |
jiddikjara li r-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti, stabbilit mill-konvenuta għall-perijodu bejn il-31 ta' Diċembru 2004 u l-31 ta' Diċembru 2006, huwa null; |
— |
jiddikjara li n-nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt ta' xogħol tar-rikorrenti huwa null; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 200 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni materjali; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 35 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għal danni morali. |