This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XR0380
Resolution of the Committee of the Regions on the Priorities of the Committee of the Regions for 2009 based on the Legislative and Work Programme of the European Commission
Riżoluzzjoni tal-kumitat tar-reġjuni dwar il-Prioritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2009 dwar il-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-kumitat tar-reġjuni dwar il-Prioritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2009 dwar il-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 76, 31.3.2009, p. 66–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/66 |
Riżoluzzjoni tal-kumitat tar-reġjuni dwar il-Prioritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2009 dwar il-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea
(2009/C 76/14)
PRIJORITAJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jisħaq fuq l-importanza ta' impetu ġdid lejn ir-riformi strutturali fl-UE, li jimmiraw li jsibu soluzzjonijiet biex tingħeleb il-kriżi finanzjarja attwali u l-impatt tagħha fuq l-ekonomikiji Ewropej u tad-dinja; jqis li, anke jekk il-miżuri ta' emerġenza huma importanti biex jgħinu lill-Ewropa tegħleb il-kriżi attwali fi żmien qasir, jenħtieġu ukoll miżuri fit-tul biex jiġġeneraw impjiegi sostenibbli u tkabbir, għalhekk, l-infrastruttura ta' kwalità, it-trasport pubbliku u l-investimenti f'teknoloġiji b'użu effiċjenti tal-enerġija huma ta' importanza kbira; |
2. |
f'dan il-kuntest ifakkar ir-Riżoluzzjoni speċifika tiegħu dwar il-kriżi finanzjarja li telenka l-passi ewlenin li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja u biex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-konsegwenzi negattivi tagħha; |
3. |
jilqa' ir-rieda u l-proposti espliċiti li tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-Unjoni Ewropea u n-natura demokratika tagħha; jindika l-intenzjoni tiegħu li jkompli jiżviluppa r-rwol politiku u istituzzjonali tal-KtR fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew; u jħabbar it-tfassil ta' White Paper dwar il-gvernanza fuq varji livelli li beħsiebu jippreżenta matul is-sena 2009; |
4. |
itenni mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jsegwi mill-qrib ir-reviżjoni baġitarja tal-UE biex jikkontribwixxi lejn integrazzjoni u koordinament aħjar tal-politiki tal-UE fil-livell territorjali u jappella li dan il-proċess jirrifletti l-ħtiġijiet tal-livelli kollha ta' gvernanza, u jtejjeb il-kwalità, l-ugwaljanza, l-istabbiltà, il-viżibbiltà u s-sempliċità tal-miżuri tal-UE; għal dan il-għan, jissuġġerixxi li l-perjodu ta' programmar baġitarju jikkonforma maċ-ċiklu elettorali Ewropew fuq il-bażi ta' 5 snin + 5 snin, biex joffri appoġġ effettiv lir-reġjuni li huma l-inqas żviluppati biex jgħinhom jilħqu mal-oħrajn, ikun żgurat li fil-futur il-baġit jirrifletti aħjar il-kompetenzi kollha tal-UE u jevita n-nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-politiki tal-UE li jipperikolaw l-effikaċja tal-proġett ta' integrazzjoni Ewropea (1). |
Għal aktar tkabbir u impjiegi
5. |
jenfasizza il-ħtieġa ta' miżuri li jibnu l-kunfidenza biex jirbħu lura l-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE li qed jiffaċċjaw inċertezza kbira u pressjoni għolja fuq il-post tax-xogħol tagħhom, u qed jiffaċċjaw prezzijiet tal-enerġija li jvarjaw, instabbiltà finanzjarja u telf ta' kunfidenza fis-settur bankarju u jfakkar li hemm bżonn ukoll li wieħed iħares lejn mekkaniżmi li jkunu jistgħu jevitaw kriżi bħal din fil-futur; |
6. |
jenfasizza l-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli għaċ-ċittadini u l-ġenerazzjonijiet tal-futur; ifakkar ukoll fl-importanza ta' Ewropa soċjali u jisħaq li dawn il-miri m'għandhomx jiġu kompromessi iżda li, għall-kuntrarju, hemm bżonn ta' sforzi komuni mill-UE u l-Istati membri kif ukoll atturi politiċi reġjonali u lokali. Għal dan il-għan, il-gvern ċentrali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu mħeġġa aktar mill-UE — anke permezz ta' implimentazzjoni anqas riġida tar-regoli dwar il-livelli tad-dejn li huma permessi fl-Istati Membri — biex ifittxu li jsegwu dawn l-għanijiet ukoll billi jagħmlu investiment ambizjuż fit-tul fl-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fl-iżvilupp ta' infrastruttura ta' kwalità, netwerks tat-trasport pubbliku u investimenti f'teknoloġiji b'użu effiċjenti tal-enerġija; |
7. |
jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiżgura l-appoġġ lill-ekonomija, billi jitfa' attenzjoni ikbar fuq il-ħtiġijiet fit-tul bħalma huma l-effiċjenza enerġetika u t-tekonoloġija nadifa u innovattiva, kif ukoll miżuri li huma mmirati li jissemplifikaw u jnaqqsu l-piż amministrattiv fid-dawl tal-liġijiet li jsiru aħjar. |
8. |
jappoġġja tnedija mill-ġdid ta' Strateġija tal-UE għat-Tkabbir u l-Impjiegi għal wara l-2010, li timmira li toħloq impjiegi ġodda quddiem il-kriżi permezz ta' sforz konġunt fil-livell Ewropew li jġib flimkien l-investiment pubbliku, l-appoġġ għar-riċerka, l-innovazzjoni, t-teknoloġija sostenibbli u l-SMEs, id-djalogu soċjali komprensiv, ir-regolamentazzjoni finanzjarja b'saħħitha, regoli tal-kummerċ li mhumiex protezzjonisti u kooperazzjoni mill-qrib dwar il-politika fiskali u monetarja fl-UE; |
9. |
jenfasizza il-ħtieġa għal azzjonijiet koordinati fost il-livelli kollha tal-gvern biex jappoġġjaw l-SMEs ħalli jorbtu aktar mill-viċin ir-riċerka fundamentali mar-riċerka applikata u biex jappoġġjaw il-kooperazzjoni mas-settur privat ħalli jippromovu t-tmexxija fl-innovazjoni u t-teknoloġija; jilqa' miżuri li huma mmirati li jnedu u jappoġġjaw il-Kreattività u l-inizjattivi innovattivi, speċjalment dawk li immirati lejn il-kooperazzjoni bejn l-università u l-intrapriżi peress li l-innovazzjoni u l-kreattività huma ewlenin biex iġibu l-bidla u l-kompetittività fir-reġjuni u jikkontribwixxu lejn il-kwalità tal-ħajja u l-koeżjoni ekonomika; |
10. |
ifakkar li huwa kruċjali b'mod partikolari r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala investituri pubbliċi u xerrejja u jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-intrapriżi u l-universitajiet għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta' netwerk attiv u l-politika tal-clusters fl-UE; |
11. |
jemmen bil-qawwa li l-investiment fiż-żgħażagħ huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-impjegabbiltà u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ; |
12. |
jappella għal opportunitajiet indaqs fl-impjiegi u li tingħata attenzjoni speċjali għall-kontribut potenzjali tal-ħaddiema ta' età aktar avvanzata li għandhom għarfien li huwa prezzjuż għall-innovazzjoni tal-prodotti u s-sistemi; |
13. |
jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ser tippreżenta valutazzjoni tal-futur demografiku tal-UE fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tqis kif l-aħjar wieħed jista' jħares il-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li qed tixjieħ; jenfasizza li x-xejriet demografiċi fil-livell tar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet għandhom jitqiesu b'mod aktar differenzjat minħabba fid-diversità tar-reġjuni u l-flussi tal-migrazzjoni li qed jiffaċċjaw; jisħaq li, fil-kuntest tal-Aġenda Soċjali għall-Opportunitajiet, l-Aċċess u s-Solidarjetà, gruppi vulnerabbli ta' ċittadini jeħtieġu attenzjoni speċjali u miżuri mmirati; |
14. |
jappella għal reviżjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EAGF) biex dan l-istrument isir aktar operattiv; dan jista' jsir permezz ta': livell ta' dħul għall-Fond aktar aċċessibbli, li jippermettu li dawn il-fondi jiġu wżati flimkien ma strumenti finanzjarji oħra tal-UE applikabbli għall-qgħad massiv u ż-żjieda tal-baġit tal-Fond minn EUR 500 miljun għal EUR 1 biljun; |
15. |
jindika li huwa essenzjali għaċ-ċittadini, speċjalment fil-kuntest ta' kriżi finanzjarja, li jkunu garantiti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja; jesprimi għalhekk it-tħassib tiegħu li s-sitwazzjoni attwali ta' inċertezza legali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li spiss joffru dawn is-servizzi, mhijiex indirizzata fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni. |
Għall-Koeżjoni
16. |
jiddispjaċih li jara li l-ħidma importanti fil-politika ta' koeżjoni mhijiex riflessa fil-prijoritajiet politiċi tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea, minkejja l-piż finanzjarju u politiku ta' dan il-qasam ta' politika li jagħmlu għan ewlieni għall-UE; u jappoġġja dibattitu kbir dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni fil-baġit tal-UE, biex isaħħaħ din il-politika importanti fl-għan ewlieni tagħha: l-iżvilupp armonjuż bejn it-territorji tal-UE u b'mod speċifiku t-tnaqqis fid-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali; għalhekk, jistenna li l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali fl-2009 tiġi segwita minn White Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali; |
17. |
ifakkar li politika ta' koeżjoni ambizzjuża, li tagħhmel sforzi serji biex l-objettivi territorjali ta' koeżjoni jinbidlu f'azzjonijiet ta' politika konkreti, ser jippermettu l-ikkonsolidar tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u li jiġu ffaċċjati l-isfidi futuri li jolqtu r-reġjuni kollha Ewropej; f'dan il-kuntest, jara l-bżonn li l-fondi jiġu attribwiti b'mod aktar flessibbli biex l-istrumenti tal-koeżjoni strutturali jiġu adattati għad-diversità tas-sitwazzjonijiet lokali u reġjonali; |
18. |
jenfasizza li l-politika ta' Koeżjoni saret waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess bi profil għoli fl-Unjoni Ewropea. L-effett ta' lieva li għandha għall-iżvilupp reġjonali ġie ppruvat. Fuq il-bażi ta' din l-esperjenza pożittiva, hemm bżonn li fl-2009 jissaħħu l-iskambju tal-ideat u l-kooperazzjoni fuq approċċi u mudelli ġodda għall-politika reġjonali; jipproponi li l-KtR jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea biex jipprovdi miżuri adegwati għal azzjonijiet bħal dawn; jenfasizza li għal dan il-għan hemm bżonn li jiġu organizzati iktar dibattiti dwar il-futur tal-Politika ta' Koeżjoni waqt is-Summit tal-Bliet u r-Reġjuni organizzat mill-Kumitat tar-Reġjuni fi Praga fil-5 u s-6 ta' Marzu 2009, kif ukoll fil-kuntest tal-“Open Days — 2009” (fis-6 u d-9 ta' Ottubru); |
19. |
jenfasizza li l-kooperazzjoni territorjali hija element essenzjali fit-tilħiq tal-għan tal-koeżjoni territorjali; għalhekk ifakkar li l-istrument legali l-ġdid “ir-Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali” (REKT) għandu potenzjal kbir fil-livell taċ-ċittadini. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-regolament. |
Għal ġlieda effettiva kontra l-bidla fil-klima u għal Ewropa sostenibbli
20. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm konċentrazzjoni politika qawwija fuq il-politika tal-enerġija u l-bidla fil-klima, billi tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw b'mod effettiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; |
21. |
jappoġġja bis-sħiħ rwol ta' profil għoli għal-UE fil-qafas tan-negozjati tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima tal-2009 f'Kopenħagen bil-għan li jintlaħaq qbil dwar qabża 'l quddiem fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-2012; |
22. |
jipproponi li l-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla fil-klima jitqiesu bħala prijorità fid-dibattitu dwar ir-reviżjoni tal-Baġit tal-UE; Barra minn hekk, jappella li tinstab il-kumplimentarjetà bejn il-koeżjoni territorjali u l-miżuri dwar il-bidla fil-klima, l-aktar permezz tal-użu tal-istrumenti finanzjarji li diġà jeżistu; |
23. |
jenfasizza r-rwol tar-reġjuni bħala ħolqa essenzjali bejn il-pjanijiet ta' effiċjenza enerġetika nazzjonali u lokali u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u jqis li mingħajr l-appoġġ tar-reġjuni l-Istati Membri jistgħu ma jkunux kapaċi jżommu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-gassijiet serra sal-2020; jenfasizza li n-negozjati għal-ftehim internazzjonali dwar l-klima għal wara l-perjodu ta' Kyoto għandu jiffoka kemm fuq politiki komprensivi, l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll il-miri tal-emissjonijiet; itenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal inizjattivi bħalma huma il-Patt tas-Sindki u jissuġġerixxi li dan jiġi kkumplimentat bil-parteċipazzjoni diretta tar-reġjuni; |
24. |
itenni mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-waqfien tat-telf ta' bijodiversità u jittama li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Bijodiversità ser tagħti spinta ġdida; |
25. |
jissuġġerixxi bil-qawwa li jitrawmu sinerġiji bejn il-politika tal-iżvilupp rurali u l-politiki l-oħra tal-UE, partikularment il-politika tal-koeżjoni; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika dinjija fuq is-swieq agrikoli u s-settur rurali sabiex jinstabu l-miżuri adegwati għall-protezzjoni mid-deklin ta' dan is-settur u għaż-żamma tal-indipendenza alimentari; |
26. |
ifakkar fit-talba tiegħu li jiġi involut bħala konsegwenza loġika għall-kontribut tiegħu fil-pjan ta' azzjoni marittimu tal-Kummissjoni, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata l-ġdida tal-Unjoni Ewropea; |
27. |
jilqa' l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tat-trasport ekoloġiku; itenni l-importanza ta' miżuri ta' appoġġ li spiss itaffu l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent filwaqt li tingħata priorità lill-politika tat-trasport marittimu u lill-pjan ta' azzjoni ambizzjuż dwar l-mobilità urbana; |
28. |
jilqa' l-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea dwar impetu ġdid lill-proġetti TEN-T fl-Ewropa; jinsisti li mhux talli għandha tingħata kunsiderazzjoni għat-tħassib lokali u reġjonali, iżda ukoll l-istrumenti ta' ippjanar nazzjonali għandhom jiġu kkordinati fi ħdan il-qafas Ewropew sabiex jiġu ottimizzati n-Netwerks Trans-Ewropej; |
Għal Ewropa eqreb taċ-ċittadini
29. |
jenfasizza r-rwol tiegħu bħala istituzzjoni ewlenija fl-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea maċ-ċittadini u jfakkar lill-Kummissjoni Ewropea li l-aċċess dirett tal-KtR, permezz tal-membri tiegħu, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej, joħloq netwerk ta' komunikazzjoni reċiproka utli biex iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa dwar il-benefiċċji tal-UE u ukoll biex tingħata vuċi liċ-ċittadini u lit-tħassib tagħhom; ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri li l-integrazzjoni tad-dimensjoni Ewropea f'azzjoni ta' kuljum u l-komunikazzjoni fl-lingwaġġ li jinftiehem hi r-responsabbiltà konġunta tal-Istituzzjonijiet Ewropej kif ukoll tar-rappreżentanti eletti nazzjonali, reġjonali u lokali li jinsabu fil-livell ta' komunikazzjoni qrib iċ-ċittadini; |
30. |
jikkunsidra li l-elezzjonijiet Ewropej fl-2009 għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-tisħiħ ta' politika ta' komunikazzjoni Ewropea deċentralizzata sabiex jitkabbar l-għarfien tal-valuri konġunti tal-Unjoni Ewropea biż-żamma ta' djalogu permanenti maċ-ċittadini Ewropej u bit-turija tal-valur miżjud tal-integrazzjoni Ewropea; |
31. |
jenfasizza li l-KtR ser jagħti segwitu lill-isforzi tiegħu għal rikonoxximent aħjar fil-livell Ewropew tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ulterjuri tal-Qasam tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, b'mod speċjali fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programm Multiannwali ta' wara l-Programm tal-Aja; jappoġġja r-riċerka għal approċċ integrat u komprensiv lejn il-migrazzjoni u l-ażil, peress li hu biss permezz ta' dan l-approċċ li l-Ewropa tista' tasal għal politika tal-immigrazzjoni stabbli u sostenibbli; għal dan il-għan il-KtR jenfasizza ukoll l-importanza ta' inizjattivi ta' djalogu interkulturali; f'dan ir-rigward jilqa' l-iskeda l-ġdida ta' azzjonijiet leġiżlattivi — l-hekk imsejjaħ “Programm ta' Stokkolma” — li hu immirat lejn it-tisħiħ tal-qasam Ewropew ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; |
32. |
jappoġġja l-mira tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti għat-tisħiħ tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, billi jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu u jinsisti li sabiex din il-ġlieda tkun ta' suċċess għandha titwettaq fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet; |
33. |
jilqa' l-fatt li t-Tielet Reviżjoni Strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar ser tirrapporta fuq it-tliet elementi ewlenin tal-Aġenda ta' Regolamentazzjoni Aħjar — l-evalwazzjoni tal-impatt, semplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv; jenfasizza l-kontribut kontinwu tiegħu għad-dibattitu fil-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi, (“Il-Grupp Stoiber”) b'attenzjoni partikolari għall-miżuri ta' tnaqqis ta' spejjeż lill-awtoritajiet lokali u reġjonali; ikompli jappoġġja l-applikazzjoni ta' metodoloġija konġunta għall-evalwazzjoni tal-piżijiet amministrattivi, li tikkunsidra d-dimensjoni lokali u reġjonali b'mod ċar u jtenni mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-kooperazzjoni interistituzzjonali sabiex jinżammu l-objettivi mfassla f'dan il-qasam; |
34. |
itenni mill-ġdid li l-implimentazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-proċess leġiżlattiv huma fil-qalba ta' gvernanza f'aktar minn livell wieħed li tkun effettiva u demokratika u jenfasizza l-importanza ta' kontribut lejn il-kultura tas-sussidjarjetà fl-istituzzjonijiet tal-UE li ser iwassal għal teħid ta' deċiżjoni aħjar; |
Għal Ewropa aktar b'saħħitha fid-Dinja
35. |
itenni mill-ġdid li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fil-proċess ta' tkabbir u li ser ikompli l-kooperazzjoni tiegħu mar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti mill-pajjiżi kandidati tal-UE u minn dawk li huma kandidati prospettivi; |
36. |
jilqa' t-tnedija mill-ġdid tas-Sħubija Ewro-Mediterranja permezz tal-ħolqien ta' Unjoni għall-Mediterran u jenfasizza l-importanza tal-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tagħha; iħabbar il-ħolqien tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) li għandha tkun korp politiku permanenti li jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bl-iskop li tiġi rikonoxxuta bħala korp konsultattiv tal-Unjoni għall-Mediterran; |
37. |
jenfasizza l-importanza ta' bbilanċjar tar-rabtiet mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE u jilqa' l-inizjattiva ta' Sħubija tal-Lvant; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiżviluppa elementi ta' kooperazzjoni reġjonali u territorjali ulterjuri fi ħadan is-Sħubija tal-Lvant; |
38. |
japprezza ir-rikonoxximent dejjem akbar mill-Kummissjoni Ewropea lejn il-metodu u l-attivitajiet ta' kooperazzjoni deċentralizzata; jimpenja ruħu li, fl-aħħar tal-2009, jorganizza “Jiem ta' kooperazzjoni deċentralizzata tal-UE” sabiex jiffaċilità l-iskambju u d-djalogu politiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jilqa' l-ħolqien ta' pjattaforma ta' skambju ta' informazzjoni — “borża pubblika” — li jippermettu tqabbil bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bil-għan li jinħolqu proġetti ta' kooperazzjoni deċentralizzata ġodda; |
39. |
itenni mill-ġdid l-impenn tiegħu li jippromovi d-demokrazija lokali u reġjonali fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi u jenfasizza r-rieda tiegħu li jkompli l-parteċipazzjoni tiegħu f'missjonijiet ta' monitoraġġ tal-elezzjonijiet flimkien mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, u jixtieq ikun involut aktar mill-qrib fil-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet organizzati bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea; |
40. |
jagħti istruzzjonijiet lill-president tiegħu sabiex iwassal din ir-reżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-presidenzi tal-Unjoni Ewropea fl-2008, jiġifieri l-presidenza Slovena u dik Franċiża. |
Brussell, is-27 ta' Novembru 2008.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Luc VAN DEN BRANDE
(1) Opinjoni tal-KtR CDR 16/2008 fin, “Reviżjoni tal-Baġit tal-UE: Inbiddlu l-Ewropa”, rapporteurs is-Sur. Van den Brande u s-Sur Delebarre