This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0076
Case T-76/09: Action brought on 16 February 2009 — Mundipharma v OHIM — Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
Kawża T-76/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
Kawża T-76/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
ĠU C 102, 1.5.2009, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/27 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
(Kawża T-76/09)
2009/C 102/41
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg (Lahn), il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar (Valencia), Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inten (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 852/2008-2; u |
— |
Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35 u 39 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 841 136
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Nru 4 304 622 tat-trade mark Komunitarja “mundi pharma” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li ma kienx hemm xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni