Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0004

Kawża F-4/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat- 12 ta’ Marzu 2009 – Hambura vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Persunal temporanju — Reklutaġġ — Proċedura ta’ għażla — Nuqqas ta’ ammissjoni — Avviż ta’ reklutaġġ PE/95/S — Nuqqas ta’ użu tal-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Proċedura amministrattiva minn qabel)

ĠU C 102, 1.5.2009, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Hambura vs Il-Parlament

(Kawża F-4/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal temporanju - Reklutaġġ - Proċedura ta’ għażla - Nuqqas ta’ ammissjoni - Avviż ta’ reklutaġġ PE/95/S - Nuqqas ta’ użu tal-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Proċedura amministrattiva minn qabel)

2009/C 102/57

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Johannes Hambura (Soultzbach, Franza) (rappreżentant: S. Hambura, avukat)

Konvenut: Il-Parlament tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tad-direttorat ġenerali tal-persunal tal-5 ta’ Diċembru 2007 li ma jaċċettax il-kanditatura tar-rikorrent, l-annullament tal-kompetizzjoni PE/95/S, qasam: mediċina u l-bidu mill-ġdid tal-proċedura tal-kompetizzjoni billi jippermetti l-użu ta’ formola elettronika ta’ applikazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. Hambura huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008, p. 50.


Top
  翻译: