Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0611(02)

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 4 ta’ Ġunju 2009 li taħtar membru supplenti tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU C 132, 11.6.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

11.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Ġunju 2009

li taħtar membru supplenti tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

2009/C 132/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Konsegwentement, għall-ħatra tas-Sur Robert BRIGHT bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

Is-Sur Chris HOLLEY, Councillor for City and Council of Swansea, Wales.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

Martin PECINA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top
  翻译: