Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0427

Kawża C-427/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/100/KE — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-427/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/100/KE - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 180/38

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u I. Chatzigiannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Michelogiannaki, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 363, p. 141)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008


Top
  翻译: