This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0177
Case C-177/09: Reference for a preliminary ruling from the Conseil d'État (Belgium) lodged on 15 May 2009 — Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Marie-Noëlle Solvay, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh v Région wallonne
Kawża C-177/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (il-Belġju) fil- 15 ta’ Mejju 2009 — Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Marie-Noëlle Solvay, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh vs Région wallonne
Kawża C-177/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (il-Belġju) fil- 15 ta’ Mejju 2009 — Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Marie-Noëlle Solvay, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh vs Région wallonne
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2009 — Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Marie-Noëlle Solvay, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh vs Région wallonne
(Kawża C-177/09)
2009/C 180/51
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Le Poumon vert de la Hulpe ASBL, Jacques Solvay de la Hulpe, Marie-Noëlle Solvay, Jean-Marie Solvay de la Hulpe, Alix Walsh
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni — bħad-digriet tar-Reġjun tal-Vallonja tas-17 ta’ Lulju 2008 dwar ċerti permessi li għalihom jeżistu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — li tillimita ruħha sabiex tipprovdi li “hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali” għall-għoti ta’ permessi ta’ żvilupp urban, permessi ambjentali u permessi uniċi relattivi għall-atti u xogħlijiet elenkati fiha u li “tapprova” permessi li għalihom huwa ddikjarat li “hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali”? |
2) |
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).
(2) Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 73, p. 5).
(3) Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 156, p. 17).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, p. 1).