Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0201

Kawża T-201/09: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2009 — Rügen Fisch vs UASI — Schwaaner Fischwaren (SCOMBER MIX)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2009 — Rügen Fisch vs UASI — Schwaaner Fischwaren (SCOMBER MIX)

(Kawża T-201/09)

2009/C 180/102

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rügen Fisch AG (Sassnitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geiz, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Schwaaner Fischwaren GmbH (Schwaandorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Nru R 230/2007-4, tal-20 ta’ Marzu 2009, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “SCOMBER MIX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 3 227 031)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: Schwaaner Fischwaren GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)) peress li t-trade mark Komunitarja “SCOMBER MIX” mhijiex purament deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)


Top
  翻译: