This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0228
Case T-228/09: Action brought on 11 June 2009 — United States Polo Association v OHIM — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)
Kawża T-228/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2009 — United States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)
Kawża T-228/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2009 — United States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 62–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/62 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2009 — United States Polo Association vs UASI — Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)
(Kawża T-228/09)
2009/C 180/114
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: United States Polo Association (Lexington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Textiles CMG, SA (Onteniente, Valencia, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Marzu 2009, fil-Każ R 886/2008-4; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti, u, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kellha tintervjeni fil-proċedimenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “U.S. POLO ASSN.”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 20, 21, 24 u 27
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark verbali “POLO-POLO” għal prodotti fil-klassi 24; Reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali “POLO-POLO” għal prodotti fil-klassijiet 24, 25 u 39
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.