This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0053
Case F-53/09: Action brought on 20 May 2009 — J v Commission
Kawża F-53/09: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2009 — J vs Il-Kummissjoni
Kawża F-53/09: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2009 — J vs Il-Kummissjoni
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/64 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2009 — J vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/09)
2009/C 180/119
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: J (Londra, l-Ingilterra) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali l-marda li minnha hija tbati, kif ukoll id-deċiżjoni li tħallas hi l-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-marda li minnha hija tbati u li tipprekludiha milli teżerċita d-doveri tagħha; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li hija għandha tħallas il-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti EUR 1 b’mod simboliku bħala kumpens tad-dannu morali subit; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |