This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0055
Case F-55/09: Action brought on 26 May 2009 — Maxwell v Commission
Kawża F-55/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Mejju 2009 — Maxwell vs Il-Kummissjoni
Kawża F-55/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Mejju 2009 — Maxwell vs Il-Kummissjoni
ĠU C 180, 1.8.2009, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/64 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Maxwell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/09)
2009/C 180/120
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
It-talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta’ leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta’ “EU Senior Advisor” fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana (il-“KEDO”), dannu kkawżat minn nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u taħriġ.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta’ Settembru 2008 li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent EUR 132 900 bħala rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u taħriġ li huwa sostna fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu bħala EU Senior Advisor mal-KEDO; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |