This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0433
Roadworthiness tests for motor vehicles and their trailers (recast version) ***I European Parliament legislative resolution of 23 September 2008 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on roadworthiness tests for motor vehicles and their trailers (recast) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))#P6_TC1-COD(2008)0044 Position of the European Parliament adopted at first reading on 23 September 2008 with a view to the adoption of Directive 2008/…/EC of the European Parliament and of the Council on roadworthiness tests for motor vehicles and their trailers (recast)
Testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 fuq il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))
P6_TC1-COD(2008)0044 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid)
Testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 fuq il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))
P6_TC1-COD(2008)0044 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid)
ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 131–131
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 8/131 |
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0433
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 fuq il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet dwar jekk il-vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0100 — C6-0094/2008 — 2008/0044(COD))
2010/C 8 E/33
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0100),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0094/2008),
wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tat-3 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0299/2008),
A. |
billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva apparti dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom, |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0044
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kondizzjoni ta' vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/40/KE.)