This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0434
Extraction solvents used in the production of foodstuffs and food ingredients (recast version) ***I European Parliament legislative resolution of 23 September 2008 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on the approximation of the laws of the Member States on extraction solvents used in the production of foodstuffs and food ingredients (recast) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))#P6_TC1-COD(2008)0060 Position of the European Parliament adopted at first reading on 23 September 2008 with a view to the adoption of Directive 2008/…/EC of the European Parliament and of the Council on the approximation of the laws of the Member States on extraction solvents used in the production of foodstuffs and food ingredients (recast)
Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))
P6_TC1-COD(2008)0060 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel

ĠU C 8E, 14.1.2010, p. 132–132
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 8/132 |
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0434
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni ta' prodotti tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0154 — C6-0150/2008 — 2008/0060(COD))
2010/C 8 E/34
(Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0154),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0150/2008),
wara li kkunsidra l-impenji min-naħa tar-rappreżentant tal-Kunsill mogħtija f'ittra tas-17 ta' Settembru 2008 sabiex il-proposta tkun adottata kif emendata, bi qbil mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Ftehima Internazzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0284/2008),
A. |
billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva apparti dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sustanza tagħhom, |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
P6_TC1-COD(2008)0060
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigwrd is-solventi tal-estrazzjoni wżati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Direttiva 2009/32/KE.)