Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009BP0104

Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 1/2009: għargħar fir-Rumanija Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD))

ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 335–336 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 87/335


L-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009
Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 1/2009: għargħar fir-Rumanija

P6_TA(2009)0104

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD))

2010/C 87 E/52

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Jannar 2009 (COM(2009)0022),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 1/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-26 ta' Frar 2009 (6952/2009 – C6-0075/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6–0113/2009),

A.

billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

Il-mobbilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 11,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas rigward l-effetti tal-għargħar li laqtu r-Rumanija f'Lulju 2008,

Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijet ta' ħlas ekwivalenti għal EUR 11.8 miljun mil-linja 13 03 16 - il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Konverġenza,

B.

billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 huwa biex jiddaħħlu dawn l-emendi baġitarji b'mod formali fil-baġit 2009,

1.

Jinnota l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009, li huwa t-tielet baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008;

2.

Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 mingħajr emendi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top
  翻译: