Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0112

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (14288/2/2008 – C6-0484/2008 – 2005/0236(COD))

ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 344–344 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 87/344


L-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009
Il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera ***II

P6_TA(2009)0112

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (14288/2/2008 – C6-0484/2008 – 2005/0236(COD))

2010/C 87 E/60

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14288/2/2008 – C6-0484/2008) (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Istati Membri dwar is-sikurezza marittima (15859/2008),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0586),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0069/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.

Jinnota li l-att huwa adottat bi qbil mal-pożizzjoni komuni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jiġi vverifikat li jkunu tlestew il-proċeduri kollha, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, sabiex jippubblika l-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 330 E, 30.12.2008, p. 13.

(2)  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 140.


Top
  翻译: