This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0250
Case T-250/10: Action brought on 31 May 2010 — KNUT IP Management v OHIM — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)
Kawża T-250/10: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2010 — KNUT IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)
Kawża T-250/10: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2010 — KNUT IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)
ĠU C 209, 31.7.2010, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/50 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — KNUT IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)
(Kawża T-250/10)
()
2010/C 209/75
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: KNUT IP Management Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Jaeckel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zoologischer Garten Berlin AG (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 650/2009-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KNUT — DER EISBÄR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 28 u 41
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Zoologischer Garten Berlin AG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża verbali “KNUD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 28; it-trade mark Ġermaniża “Knut der Eisbär” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28 u 41; it-trade mark Ġermaniża verbali “KNUT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 33, 35, 39, 41, 42 u 43; it-trade mark Ġermaniża “KNUT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 21, 25, 28, 35, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni kompletament milqugħa
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) inkwantu mhemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ( 78, p. 1).