Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0347

Kawża C-347/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 8 ta’ Lujlu 2010 — A. Salemink vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (UWV)

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lujlu 2010 — A. Salemink vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (UWV)

(Kawża C-347/10)

()

2010/C 246/53

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. Salemink

Konvenuta: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (UWV)

Domanda preliminari

1)

Ir-regoli tad-dritt Komunitarju Ewropew li għandhom l-għan li jistabbilixxu l-moviment liberu tal-ħaddiema, u b’mod partikolari r-regoli msemmija fit-Titoli I u II tar-Regolament Nru 1408/71 (1), kif ukoll l-Artikoli 39 u 299 KE (li saru rispettivament l-Artikoli 45 TFUE u 52 UE, moqrija flimkien mal-Artikolu 355 TFUE) jipprekludu li persuna impjegata li teżerċita l-attivitajiet professjonali tagħha barra mit-territorju Olandiż f’impjant fiss li jinsab fuq il-blata kontinentali maġenb il-Pajjiżi l-Baxxi, għal persuna li timpjega stabbililta fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma tkunx assigurata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ assigurazzjoni soċjali, għar-raġuni biss li din il-persuna ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda fi Stat Membru ieħor (f’dan il-każ, Spanja), anki jekk għandha nazzjonalità Olandiża u anki jekk għandha l-possibbiltà li tassigura ruħha volontarjament b’kundizzjonijiet essenzjalment identiċi għal dawk tal-assigurazzjoni mandatorja?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 1, p. 35).


Top
  翻译: